Aċċess għan-navigazzjoni ewlenija (agħfas 'Enter')
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (agħfas 'Enter')
Aċċess dirett għal-lista ta' siti oħrajn Aċċess għal-lista ta' siti oħrajn (agħfas 'Enter')

Merħba

 
Qed tfittex dokument tal-Parlament Ewropew?
 
  • Skont l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini u r-residenti tal-pajjiżi tal-UE għandhom dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti ta' dawn it-tliet istituzzjonijiet jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw dan id-dritt ta' aċċess u l-limiti għalih.
  • Sabiex jgħin liċ-ċittadini jeżerċitaw dan id-dritt, ir-Regolament jistabbilixxi li t-tliet istituzzjonijiet għandhom jqiegħdu reġistru ta' dokumenti għad-dispożizzjoni fuq l-internet.
  • Ir-reġistru pubbliku tal-Parlament Ewropew jinkludi, b'mod partikolari, dokumenti legiżlattivi, li jkunu tfasslu matul proċeduri għall-adozzjoni ta' atti legalment vinkolanti fl-Istati Membri jew għalihom. Fejn hu possibbli, qed jingħata aċċess dirett anke għal kategoriji ta' dokumenti oħrajn. Fejn ma jkunx ingħata aċċess dirett permezz tar-Reġistru Pubbliku, iċ-ċittadini jistgħu japplikaw għall-aċċess għal dokument, bil-miktub fi kwalunkwe forma, f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
 
L-aħħar aħbarijiet
 

L-uffiċċji tal-Parlament Ewropew se jkunu magħluqin mill-1 sat-2 ta' Novembru 2018. L-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti mhux se jiġu rreġistrati qabel il-5 ta' Novembru 2018. Minħabba dan, il-perjodu ta' rispons ta' 15-il jum tax-xogħol (ara l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001) se jibda f'dik id-data.