Arkivji Storiċi 

Il-Parlament Ewropew evolva b'mod sinjifikanti matul is-snin, fejn kiseb dejjem aktar responsabbiltajiet u importanza. Filwaqt li l-predeċessura tiegħu, l-Assemblea, kellha semplicement rwol ta' superviżjoni, illum il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament, inkarigat li jirrappreżenta l-interessi tal-poplu. Barra milli jsawwar u jiddeċiedi dwar leġiżlazzjoni ġdida, huwa wkoll responsabbli għall-iskrutinju tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kemm fl-Ewropa kif ukoll barra. F'din it-taqsima tista' ssib iżjed informazzjoni dwar kif il-Parlament żviluppa matul iż-żmien.

Elezzjonijiet preċedenti 

Il-MPE ilhom mill-1979 jiġu eletti direttament minn madwar l-UE kollha kemm hi. Skopri ċ-ċifri mill-aħħar elezzjonijiet u informazzjoni storika dwar il-kompożizzjoni politika tal-Parlament, il-parteċipazzjoni tal-votanti u s-sehem ta' MPE nisa eletti.

Il-PE u Trattati 

It-tibdiliet fit-trattati tal-UE wasslu biex il-Parlament pass pass ingħata aktar setgħat. Aqra dwar l-evoluzzjoni tad-dritt primarju tal-UE u l-impatt ta' dawn l-iżviluppi fuq il-Parlament.

Arkivji Storiċi 

Imraħ f'sorsi, artikli u studji storiċi u skopri l-kontribut li l-Parlament ta biex iġib 'il quddiem l-integrazzjoni Ewropea.

in the past     
 

Linja ta' żmien tal-Parlament Ewropew

Agħti daqqa t'għajn lil din il-linja ta' żmien biex tara kif il-Parlament Ewropew evolva matul is-snin u ara r-ritratti u l-videos tal-avvenimenti storiċi li sawru l-Parlament.

Arkivji storiċi

L-Arkivji Storiċi ilhom jaqdu l-kariga uffiċjali li jżommu rekords tal-Parlament Ewropew sa mit-twaqqif tagħhom fl-1952, permezz ta' ġabra unika ta' kotba u ġurnali dwar l-istorja tal-integrazzjoni Ewropea ppreservata mil-Librerija Storika.