Is-sistema tal-ġestjoni ambjentali - EMAS 

EMAS hija s-sistema għall-immaniġġjar tal-ambjent (EMS) użata mill-Parlament Ewropew f’konformità mal-istandards ISO 14001:2004 u mar-Regolament EMAS (KE) Nru 1221/2009.

Il-Parlament Ewropew jirrikonoxxi li għandu d-dmir li jagħti kontribut pożittiv għall-iżvilupp sostenibbli bħala għan għall-futur imbiegħed, mhux biss permezz tal-irwol politiku tiegħu u tal-irwol tiegħu fi proċeduri leġiżlattivi, iżda wkoll fil-kuntest ta’ kif jopera u d-deċiżjonijiet li jieħu fuq bażi ta’ kuljum.

Għaldaqstant, il-Bureau nieda l-proġett EMAS fil-Parlament bid-deċiżjoni tad-19 ta’ April 2004. Il-President u s-Segretarju Ġenerali ffirmaw il-Politika Ambjentali tal-Parlament li fiha linji gwida għas-sistema tiegħu stess għall-immaniġġjar tal-ambjent li jinkludu:

  • it-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju
  • il-promozzjoni tal-użu effiċjenti tal-enerġija, tal-ilma u tal-karta u t-tnaqqis tal-iskart
  • l-inkorporazzjoni ta’ linji gwida ambjentali fi proċeduri ta’ ksib
  • l-iżgurar ta’ mġiba u impenn adegwati permezz ta’ taħriġ u permezz ta’ aktar għarfien
  • it-teħid ta’ miżuri preventivi biex jingħeleb it-tniġġis
  • l-iżgurar ta’ konformità mar-rekwiżiti neċessarji
  • il-provvista ta’ riżorsi suffiċjenti għas-sistema tiegħu stess għall-immaniġġjar tal-ambjent
  • il-promozzjoni ta’ komunikazzjoni u djalogu trasparenti

Fl-2007 tlestiet l-ewwel verifika esterna u l-Parlament Ewropew kiseb iċ-ċertifikazzjoni ISO 14001.2004 u issa rċieva ir-reġistrazzjoni tal-EMAS fi Brussell, il-Lussemburgu u Strażburgu.

Billi sserraħ fuq l-impenn ta’ kull impjegat individwali u fuq l-appoġġ tas-servizzi kollha tagħha, EMAS tipprovdi l-qafas għall-Parlament Ewropew biex dan jikkonserva r-riżorsi għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lit-tim EMAS fl-indirizz tal-imejl li ġej:

Contact: