Il-Kumitati tal-Parlament Ewropew 

Sabiex isir ix-xogħol preparatorju għas-seduti plenarji tal-Parlament, il-Membri huma mqassma f'numru ta' kumitati permanenti speċjalizzati. Jeżistu 20 kumitat parlamentari. Kumitat jikkonsisti sa minn 25 sa 73 Membru tal-PE, u għandu 'chairperson', bureau u segretarjat. L-għamla politika tal-kumitati tirrifletti l-għamla ta' l-assemblea plenarja.

Il-kumitati parlamentari jiltaqgħu darba jew darbtejn fix-xahar fi Brussell. Id-dibattiti tagħhom huma miftuħa għall-pubbliku.

Il-kumitati jħejju, jemendaw u jadottaw proposti leġiżlattivi u rapporti fuq inizjattiva tagħhom. Huma jikkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill u, fejn jkun hemm bżonn iħejju rapporti sabiex ikunu ppreżentati fl-assemblea plenarja.

Il-Parlament jista' wkoll iwaqqaf sotto-kumitati u kumitati temporanji speċjali biex jittrattaw kwistjonijiet speċifiċi, għandu l-poter li jwaqqaf kumitati ta' inkjesta formali skond id-dmirijiet ta' superviżjoni fdati lilu biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' administrazzjoni ħażina tal-liġi tal-Unjoni Ewropea.

Iċ-'chairpersons' tal-kumitati jikkoordinaw ix-xogħol tal-kumitati fil-Konferenza taċ-'Chairpersons' tal-Kumitati