L-Intergruppi tal-Parlament Ewropew 

L-intergruppi jistgħu jiġu ffurmati minn Membri minn kwalunkwe grupp politiku u kumitat, bil-ħsieb li jiġu organizzati skambji ta' fehmiet informali dwar suġġetti partikolari u biex jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili. L-intergruppi mhumiex korpi tal-Parlament u għaldaqstant ma jistgħux jesprimu l-opinjoni tal-Parlament.

L-intergruppi huma soġġetti għar-regoli interni adottati mill-Konferenza tal-Presidenti fis-16 ta' Diċembru 1999 (aġġornati l-aħħar fil-11 ta' Settembru 2014), li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet skont liema jistgħu jiġu stabbiliti l-intergruppi fil-bidu ta' kull leġiżlatura u r-regoli operattivi tagħhom. Il-presidenti tal-intergruppi huma rikjesti jiddikjaraw kwalunkwe sostenn li jirċievu, sew finanzjarju jew in natura, skont l-istess kriterji applikabbli għall-Membri bħala individwi. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu aġġornati kull sena u jinżammu f'reġistru pubbliku li jinżamm mill-Kwesturi.

Lista tal-intergruppi

Fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2014, il-Konferenza tal-Presidenti approvat il-lista tal-intergruppi li ġejjin li għandhom jiġu stabbiliti fil-leġiżlatura attwali tal-Parlament: