Il-Membri tal-Parlament Ewropew 

Il-Parlament Ewropew hu magħmul minn 751 Membru eletti fit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea wara t-tkabbir. Sa mill-1979, il-MPE jiġu eletti b'vot dirett universali għal perjodu ta' ħames snin.

Il-Membri kollha ġewwa l-emiċiklu waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu 

Kull pajjiż jiddeċiedi dwar x'tip ta' elezzjoni se jagħmel, imma jrid jiggarantixxi ugwaljanza bejn is-sessi u vot sigriet. L-elezzjonijiet tal-UE huma rregolati minn rappreżentanza proporzjonali.

Is-siġġijiet huma allokati abbażi tal-popolazzjoni ta' kull Stat Membru. Ftit aktar minn terz tal-MPE huma nisa. Il-MPE huma miġbura skont l-affinità politika, u mhux skont in-nazzjonalità.