Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Merħba lill-Parlament Ewropew

 
 
Setgħat u proċeduri
Il-Parlament jaġixxi bħala koleġiżlatur, u flimkien mal-Kunsill jikkondividi s-setgħa li jadotta u jemenda proposti leġiżlattivi u jiddeċiedi dwar il-baġit tal-UE. Huwa jissorvelja wkoll ix-xogħol tal-Kummissjoni u ta' korpi oħra tal-UE u jikkoopera mal-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE biex jikseb l-kontribuzzjoni tagħhom. Ara kif jaħdem dan kollu hawn.
 
 
 
Organizzazzjoni u xogħol
Tgħallem aktar dwar kif istituzzjoni politika internazzjonali u multilingwi bħall-Parlament Ewropew tiffunzjona minn ġurnata għall-oħra. Tgħallem dwar il-proċeduri, il-postijiet tax-xogħol, in-nies li jappoġġjaw lill-Membri tal-Parlament Ewropew u l-baġit tal-PE.
 
 
 
Id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija
Il-promozzjoni ta' teħid ta' deċiżjonijiet demokratiċi fl-Ewropa hija biss rwol wieħed tal-Parlament u fil-fatt hu jappoġġja wkoll il-ġlieda għad-demokrazija, il-libertà tal-kelma u l-elezzjonijiet ħielsa madwar id-dinja. Tgħallem aktar dwar kif il-Parlament jaqbeż għad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.
 
 
 
Fil-passat
Il-Parlament qiegħed jikseb dejjem aktar setgħat permezz ta' emendi suċċessivi fit-trattati Ewropej li taw dejjem aktar influwenza lill-uniku korp tal-UE elett direttament. Ara kif il-Parlament gradwalment sar attur ewlieni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE.
 
 
 
Dwar il-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew hu forum importanti għad-dibattitu politiku u għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE. Il-Membri tal-Parlament Ewropew huma eletti direttament minn votanti fl-Istati Membri kollha biex jirrappreżentaw l-interessi taċ-ċittadini fir-rigward tat-tfassil tal-liġijiet tal-UE u biex jiżguraw li l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE qed jaħdmu b'mod demokratiku.

Matul is-snin u permezz tat-tibdil sussegwenti fit-trattati Ewropej, il-Parlament kiseb setgħat leġiżlattivi u baġitarji sostanzjali li jħalluh jistabbilixxi, flimkien mar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri fil-Kunsill, id-direzzjoni li l-proġett Ewropew għandu jieħu. Sadattant, il-Parlament fittex li jaħdem fuq il-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem - mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll madwar id-dinja.

Skopri aktar fid-dettall dwar x'jagħmel il-Parlament, kif jaħdem u kif evolva biex sar l-istituzzjoni li nafu llum.

 
 
 
Għas-servizz tiegħek
 

Żomm ruħek aġġornat dwar il-Parlament u wassal leħnek: staqsina mistoqsija, ibgħat petizzjoni, sib dokumenti, applika għal traineeship, ikkuntattja l-Parlament f'pajjiżek, eċċ.

 
 
 
Ir-Regoli ta' Proċedura

L-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Parlament Ewropew għandu jadotta Regoli ta' Proċedura. Dawn huma ir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-operat tiegħu.