This Eurobarometer survey on ‘The crisis and the economic governance in Europe is the fifth carried out by the European Parliament. It was conducted by TNS opinion between 10 and 25 March 2012, in face-to-face interviews with 26 593 Europeans aged 15 and over.
Prior to key meetings of heads of state and government on the theme of the crisis, most Europeans think that the EU has to take action to reduce public spending and boost economic growth at the same time (47%) 25 % of Europeans consider that priority must be given to measures that stimulate the economy, and 23 % are in favour of measures to reduce public spending.
Il-Parlament Ewropew iddedika l-Jum Internazzjonali tan-Nisa tat-8 ta’ Marzu 2012 għad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa.
F'din l-okkażjoni, il-Parlament Ewropew talab lit-TNS Opinion twettaq stħarriġ telefoniku Flash, li sar fid-19 u l-20 ta’ Jannar 2012, fis-27 Stat Membru tal-Unjoni u kien ikopri 25 539 cittadin Ewropew.
Il-mistoqsijiet li saru lill-Ewropej kienu kkonċentrati fuq l-inugwaljanza fil-pagi iżda kien hemm suġġetti oħrajn li ġew diskussi bħal pereżempju l-kustodja tal-ġenituri u t-taħlita professjonali.
L-istħarriġ tal-EB/PE "L-Ewropej u l-kriżi" twettaq fuq il-post bejn it-3 u t- 18 ta' Settembru 2011 minn TNS Opinion, wiċċ imbwiċċ ma' 26 856 ċittadin Ewropew li għandhom iktar minn 15-il sena. Dan huwa r-raba' stħarriġ dwar din it-tema, wara l-aħħar wieħed li sar f'April-Mejju 2011.
Fir-rigward tal-kwistjoni tas-solidarjetà finanzjarja bejn l-Istati Membri, wieħed josserva tendenza lejn ċerta polarizzazzjoni tal-opinjoni pubblika : in-numru ta' persuni interrogati li ma tawx opinjoni naqas bejn l-aħħar żewġ stħarriġiet, favur tweġibiet negattivi.
Tnejn u sebgħin fil-mija (72%) tal-persuni li wieġbu jgħidu li ma jħossuhomx infurmati sew dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Huwa evidenti li l-Ombudsman, l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u n-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen għandhom rwol sinifikanti fil-proċess li bih iċ-ċittadini jiġu infurmati aħjar dwar il-Karta.
Kważi nofs il-persuni li wieġbu jqisu li d-dritt li wieħed imur minn pajjiż għall-ieħor u jirresiedi fejn jixtieq fl-UE huwa l-aktar dritt importanti taċ-ċittadini. Fit-tieni post fil-livell ta’ importanza tad-drittijiet taċ-ċittadini nsibu, skont il-persuni li wieġbu, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, segwit mid-dritt li jitressqu lmenti lill-Ombudsman. Dan ir-riżultat joffri inkoraġġiment kbir għall-isforzi tal-Ombudsman biex isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu sabiex jgħin liċ-ċittadini jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal amministrazzjoni tajba.
Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew, l-2011 ġiet iddikjarata s-"Sena tal-Volontarjat", filwaqt li l-2012 se tkun is-"Sena tas-Solidarjetà Intergenerazzjonali": żewġ raġunijiet tajbin għall-Parlament Ewropew biex jagħmel stħarriġ tal-Ewrobarometru sabiex jiskopri x'jaħsbu l-Ewropej dwar dawn iż-żewġ kunċetti, u biex jifhem aħjar kif jesperjenzawhom jew iqiegħduhom fil-prattika.
Dan l-istħarriġ tal-Ewrobarometru sar bejn l-1 u s-16 ta' Mejju 2011 minn TSN opinion.
Qabel jiġu analizzati t-tweġibiet mill-Ewropej, huwa neċessarju li jiġu enfasizzati ċerti punti importanti li jistgħu jinsiltu minn dan l-istħarriġ.
Dan l-istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar “L-Ewropej u l-kriżi” huwa t-tielet stħarriġ ta’ dan it-tip li sar mill-Parlament Ewropew.
L-ewwel wieħed twettaq f’Jannar-Frar 2009, sitt xhur qabel l-elezzjonijiet Ewropej, filwaqt li t-tieni wieħed twettaq f’Settembru 2010. Ix-xogħol għal dan l-istħarriġ twettaq mit-TNS opinion bejn it-13 ta’ April u t-2 ta’ Mejju 2011 fuq il-bażi ta’ intervisti wiċċ imb’wiċċ ma’ 26 825 ċittadin Ewropew.
Fis-seba’ xhur minn meta sar l-istħarriġ preċedenti, il-kuntest nazzjonali u internazzjonali kien ikkaratterizzat minn ħafna avvenimenti ewlenin li mingħajr l-ebda dubju kellhom rwol importanti fit-tweġibiet tal-Ewropej għall-mistoqsijiet li sarulhom.
Dan l-Ewrobarometru tal-Parlament Ewropew li ġie ddedikat lill-enerġija, isegwi stħarriġ preċedenti ppubblikat f’Jannar 2011 bil-ħsieb tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar (EB Standard 74.3). Dan l-istħarriġ jittratta l-provvista tal-enerġija, il-koperazzjoni u s-solidarjetà.
Filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni l-pożizzjonijiet il-ġodda adottati mill-Parlament Ewropew, dan l-istħarriġ il-ġdid mhux biss jiffoka fuq temi iktar speċifiċi, imma b’mod estremament importanti fuq l-iżvilupp tal-politika dwar l-enerġija tal-Unjoni wkoll: l-iffrankar tal-enerġija, id-diffikultajiet fil-provvista tal-enerġija, l-integrazzjoni ta’ netwerks u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija. Dan l-istudju twettaq mit-TNS Opinion bejn id-9 ta’ Frar u s-6 ta’ Marzu 2011, fil-kuntest ta’ xitwa kiefra u żieda fil-prezzijiet tal-materja prima kollha.
L-Agora taċ-Ċittadini dwar "il-kriżi u l-faqar" kienet organizzata mill-Parlament Ewropew fis-27 u t-28 ta' Jannar 2011. Ġabret flimkien lill-Membri tal-Parlament Ewropew (PE), il-Membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), u r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi, li kienu qed jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili organizzata.
Dan l-istħarriġ tal-Parlament Ewropew tmexxa minn TNS Opinion mill-21 ta’ Frar 2011 sas-6 ta’ Marzu 2011, fl-okkażjoni tal-100 anniversarju tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa.
L-istudju ta’ dan l-istħarriġ ġdid tal-Parlometru dwar il-Parlament Ewropew twettaq bejn il-25 ta’ Novembru u s-17 ta’ Diċembru 2010. Fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, jeħtieġ li tiġi evalwata l-perċezzjoni li ċ-ċittadini Ewropej għandhom dwar il-Parlament Ewropew, u l-politiki u l-valuri li l-istituzzjoni għandha tiddefendi.
Lejlet l-ewwel Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011, li kien iddedikat esklussivament għall-enerġija, deher ċar li jkun utli li tiġi evalwata l-perċezzjoni li l-Ewropej għandhom dwar il-kwistjoni tal-enerġija u dwar ir-rwoli rispettivi tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha f’dan il-qasam.
Dan l-istħarriġ dwar l-Ewropej u l-kriżi huwa t-tieni wieħed imqabbad mill-Parlament Ewropew. L-ewwel wieħed sar f'Jannar/Frar 2009, qabel l-elezzjonijiet Ewropej ta' Ġunju 2009.
Bejn iż-żewġ stħarriġiet tal-Parlament Ewropew, l-Unjoni Ewropea varat diversi inizjattivi biex tiġġieled kontra l-kriżi: regolamenti, fond monetarju Ewropew, governanza ekonomika, l-istrateġija 2020, eċċ. Il-Parlament adotta pożizzjonijiet dwar xi wħud minn dawn, jew inkella sejjer jagħmel hekk, permezz ta' diversi rapporti globali.
This first, post-European elections standard "Parlemetre" functions as a primary post-electoral account of European citizens' perception of the European Parliament, and the image that the institution represents to them. In view of the 2014 elections, this survey acts equally to determine which of the policies defended by the European Parliament are perceived as priorities in the eyes of Europeans, and the values which the institution must defend in priority.
As part of the activities organised by the European Parliament to mark International Women's Day, a seminar on 2 March 2010 chaired by Ms Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Vice-President of the EP, addressed the following issue: 'Towards 2014: What are the links between women and the European Union?'Following the European elections of June 2009, it was important to ask a certain number of fundamental questions when evaluating the outcome.
Dan l-istħarriġ sar ġimgħa wara l-elezzjonijiet Ewropej ta' Ġunju 2009, mit-12 ta' Ġunju sas-6 ta' Lulju, fost 26 830 ċittadin Ewropew b'kuntatt personali. Dan sar sabiex jinftehmu aħjar ir-raġunijiet għaliex l-eletturi Ewropew ipparteċipaw jew ma pparteċipawx f'dawn l-l-elezzjonijiet.
Fir-rebbiegħa 2008, il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew nidew studju kbir dwar l-imġiba tal-Ewropej lejn il-bidla fil-klima (ara EB 69.2). F’dak iż-żmien, il-Kummissjoni Ewropea kienet għadha kif ippreżentat serje ta’ proposti relatati ma’ dan is-suġġett u l-Parlament kien waqqaf kumitat temporanju f’dan ir-rigward.
Fuq talba tal-Parlament, TNS Opinion għamel, mill-4 sal-15 ta' Mejju 2009, servej pre-elettorali lil bejn wieħed u ieħor 27.218 ċittadin Ewropew imniżżel fil-listi elettorali. Fir-rigward tas-servejs tradizzjonali EB/PE magħmula wkoll mit-TNS Opinion għall-Eurobarometer, il-metodoloġija tvarja: iċ-ċittadini bl-età ta' 15-il sena u fuqhom ġew imsaqsa wiċċ imb'wiċċ għall-EB/PE; iċ-ċittadini bl-età ta' 18-il sena u fuqhom ġew imsaqsa permezz tat-telefown fil-parti l-kbira tal-pajjiżi, imma ġew imsaqsa wiċċ imb'wiċċ fil-pajjiżi fejn is-servizz telefoniku mhuwiex tajjeb jew mifrux biżżejjed għas-servej pre-elettorali. B'konsegwenza, ir-riżultati komparattivi jridu jiġu analizzati filwaqt li jiġu rrispettati fil-prinċipju d-differenzi tal-metodoloġija. Dawn jippermettu madankollu li jinstabu t-tendenzi fuq servej ta' sena u nofs. Għal raġunijiet marbuta mar-restrizzjonijiet legali, ir-riżultati relatati mal-Italja u l-Lussemburgu mhux se jkunu ppubblikati.
Lejlet l-elezzjonijiet Ewropej, kien importanti li jitkejlu l-perċezzjonijiet tal-Ewropej dwar l-azzjonijiet tal-UE fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja.
Dan l-istħarriġ, li sar premezz ta' intervisti wiċċ'imb wiċċ ma' 27,218-il ċittadin (fil-perjodu ta' bejn nofs Jannar u nofs Frar), juri tħassib kollettiv dwar il-kriżi, talba għal azzjonijiet aktar koordinati fil-livell tal-UE kif ukoll interpretazzjonijiet nazzjonali differenti ħafna minn xulxin dwar l-irwol tal-ewro. B'mod mill-aktar ċar juri wkoll varjazzjonijiet fil-livell soċjodemografiku: in-nisa huma mħassba aktar, kif ukoll aktar kritiċi, dwar l-ewro, flimkien ma' ċittadini li telqu l-iskola fl-età ta' ħmistax-il sena jew qabel.
Ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ dwar l-elezzjonijiet għandhom jitqiegħdu fil-kuntest tal-ġrajjiet kurrenti internazzjonali. Fil-fatt, l-istħarriġ dwar is-suġġett (Jannar/Frar) ħabat ma’ avveniment internazzjonali importanti ħafna: l-investitura ta’ Barack Obama, it-tnedija tal-ewwel pjan tiegħu ta’ rkupru, is-sitwazzjoni f’Gaża, eċċ.
Biex jiġi mfakkar Jum il-Mara u fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej li se jsiru bejn l-4 u s-7 ta’ Ġunju 2009, ġew iddedikati żewġ surveys tal-Ewrobarometru b’mod partikolari għall-attitudnijiet u għat-tħassib tan-nisa fir-rigward tal-Unjoni Ewropea. Analiżi soċjodemografika kummissjonata mill-PE tanalizza r-riżultati kumulattivi tas-surveys tal-Ewrobarometru; EB68, EB69 u EB70 (mill-ħarifa tal-2007 sal-ħarifa tal-2008). L-Ewrobarometru Flash, li sar fuq talba tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, jiffoka b’mod speċifiku fuq in-nisa fl-elettorat meta l-elezzjonijiet Ewropej tal-2009 jinsabu wara l-bieb.
Ir-riżultati tat-tieni Ewrobarometru dwar l-Elezzjonijiet Ewropej 2009 għandhom jinqraw mingħajr ma jiġi injorat il-fatt li l-istħarriġ sar fl-eqqel tal-kriżi ekonomika u finanzjarja f’Ottubru u Novembru 2008. Ġew enfasizzati għadd ta’ tendenzi: it-tħassib ta’ natura ekonomika u soċjali, li diġà kien fost il-preokkupazzjonijiet ewlenin tal-istħarriġ preċedenti li sar fir-rebbiegħa 2008 (EB69), juri żieda kbira. L-Ewropej huma dejjem aktar inkwetati dwar il-qagħda personali tagħhom. Għall-kuntrarju, it-tħassib ta’ natura kollettiva juri tnaqqis ċar: it-terroriżmu, l-immigrazzjoni u l-bidla fil-klima. Matul il-kriżi, ftit kien hemm interess fl-elezzjonijiet Ewropej.
Ir-riżultati ewlenin ta' dan l-istudju dwar il-bidla fil-klima, ikkummissjonat b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea, jixhdu qawmien ta' kuxjenza ta' vera fost l-Ewropej u kif ukoll ir-rieda li jġibu ruħhom b'mod li jkun aktar "ekoloġikament responsabbli".
Dan l-istudju, iddedikat għall-ewwel darba għall-Parlament Ewropew, jiżvela li l-Parlament igawdi minn immaġini pożittiva f'għajnejn l-Ewropej. Fil-fatt, għalkemm il-Parlament ibati, fost affarijiet oħra, minn nuqqas ta' viżibilità, l-istituzzjoni hi meqjusa bħala waħda demokratika u hi apprezzata għall-irwol unifikanti tagħha. L-Ewropej jallokawlu pożizzjoni importanti fil-kuntest tal-UE u l-maġġoranza jikkunsidraw li l-Parlament Ewropew hu attwalment l-istituzzjoni bl-aktar setgħa fil-qasam tat-teħid ta' deċiżjonijiet fi ħdan l-UE. Barra minn hekk, iqisu li hu l-istituzzjoni li għandu jkollu l-aktar setgħa.
Din l-inkjesta tal-Ewrobarometru (Nru 68) twettqet fir-rebbiegħa 2007, sentejn qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-4-7 ta' Ġunju 2009. Permezz tagħha ġie aċċertat li l-Ewropej jaraw lill-Parlament bħala l-istituzzjoni li għandha l-aktar setgħa fi ħdan l-UE u bħala dik li jixtiequ jaraw tikseb l-aktar influwenza. Imma allavolja huma konxji tal-irwol leġiżlattiv importanti, jekk mhux deċisiv f'ċerti każi, li għandu l-PE, madankollu għadhom ma jafux sew kif jaħdem. Infatti, maġġoranza ta' dawk mistħarrġa jaħsbu li l-Membri jpoġġu fil-Kamra skont id-delegazzjonijiet nazzjonali u mhux fi ħdan il-gruppi politiċi skont l-affiljazzjonijiet politiċi tagħhom.
Il-Parlament Ewropew regolarment jikkummissjona studji dwar l-istat tal-opinjoni pubblika fl-Istati Membri.
Permezz t'hekk, il-Parlament Ewropew jisforza ruħu biex jifhem aħjar il-perċezzjonijiet u t-tamiet li għandhom iċ-ċittadini dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar dawk tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. Dan ikun ta' għajnuna prezzjuża għat-tħejjija, għad-deċiżjoni u għall-evalwazzjoni tal-ħidma tiegħu.
Il-qarrej jista’ jsib mhux biss informazzjoni dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej f’dak li jirrigwarda l-bidla fil-klima jew is-sitwazzjoni ekonomika bħalissa, imma wkoll dwar dak li ċ-ċittadini jipperċepixxu u jistennew mill-elezzjonijiet Ewropej, mill-Parlament Ewropew u mill-integrazzjoni Ewropea b’mod ġenerali.