F'nofs it-terminu 2009-2014, dan il-Parlametru l-ġdid jeżamina l-perċezzjoni tal-Ewropej dwar il-Parlament Ewropew, il-politiki u l-valuri li huma jixtiequ jaraw promossi u difiżi.
Ix-xogħol ta' stħarriġ kien immexxi minn 'TNS opinion' bejn it-3 u l-20 ta' Novembru 2011 f'kuntest Ewropew partikolarment diffiċli: ejja niftakru, fost l-oħrajn, ir-referendum li ma sarx fil-Greċja, il-bdil tal-Prim Ministru f'dan il-pajjiż kif ukoll fl-Italja, iż-żieda fir-rata ta' interessi tad-djun sovrani f'bosta pajjiżi taż-żona tal-Euro, l-elezzjonijiet ġenerali fi Spanja, is-samit tal-G20, eċċ.
Is-sejbiet prinċipali ta' din l-analiżi huma:
Fil-kuntest tal-kriżi attwali, il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi, baġitarji u fiskali tieħu t-tieni post b'żieda sostanzjali ta' tweġibiet fiż-żona tal-euro (37%)
Madankollu, il-politiki kollha li mhumiex relatati direttament mal-kriżi attwali esperjenzaw għal uħud tnaqqis sinifikanti: il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-politika agrikola, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-politika tal-immigrazzjoni.
Il-Parlament Ewropew regolarment jikkummissjona studji dwar l-istat tal-opinjoni pubblika fl-Istati Membri.
Permezz t'hekk, il-Parlament Ewropew jisforza ruħu biex jifhem aħjar il-perċezzjonijiet u t-tamiet li għandhom iċ-ċittadini dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar dawk tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. Dan ikun ta' għajnuna prezzjuża għat-tħejjija, għad-deċiżjoni u għall-evalwazzjoni tal-ħidma tiegħu.
Il-qarrej jista’ jsib mhux biss informazzjoni dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej f’dak li jirrigwarda l-bidla fil-klima jew is-sitwazzjoni ekonomika bħalissa, imma wkoll dwar dak li ċ-ċittadini jipperċepixxu u jistennew mill-elezzjonijiet Ewropej, mill-Parlament Ewropew u mill-integrazzjoni Ewropea b’mod ġenerali.