Iż-żjarat ta' studju għandhom l-għan li jagħtu l-opportunità liċ-ċittadini li jwessgħu l-istudji ta' suġġetti speċifiċi relatati ma' l-integrazzjoni Ewropea:
It-tul massimu taż-żjarat ta' studju ikun ta' xahar.
Dawk li jixtiequ jagħmlu żjara ta' studju għandhom jindirizzaw it-talba tagħhom lill-awtorità kompetenti fid-Direttorat Ġenerali ta' l-istaff.
L-awtorità kompetenti tivverifika l-possibilitajiet li tilqa' fis-servizz jew fid-dipartimenti tal-Parlament Ewropew ikkonċernat u tinforma lil dawk interessati bir-riżultati tat-talba tagħhom.
Il-Parlament Ewropew ma jagħmilx tajjeb għall-ispejjeż eventwali, tkun xi tkun in-natura tagħhom, ta' min jagħmel iż-żjarat.
Għal aktar informazzjoni jew biex wieħed jirreġistra għal żjara ta' studju wieħed jista' jikkuntatja l-uffiċċju li jidher hawn taħt: