Organizzazzjoni u xogħol

 

Il-Parlament Ewropew huwa l-uniku korp tal-UE elett direttament u huwa waħda mill-akbar assemblej demokratiċi fid-dinja. Is-751 Membru qegħdin hemm biex jirrappreżentaw il-500 miljun ċittadin tal-UE. Huma jiġu eletti darba kull ħames snin mill-votanti mis-28 Stat Membru kollha.

Tixtieq tkun taf kif inhu organizzat il-Parlament? Ladarba jiġu eletti, il-Membri jorganizzaw ruħhom skont l-appartenenza politika tagħhom. Huma jiffurmaw gruppi politiċi sabiex jiddefendu aħjar il-pożizzjonijiet tagħhom. Bħalissa hemm seba' gruppi.

Il-biċċa l-kbira tal-ħidma fil-fond tal-Parlament issir f'kumitati speċjalizzati li jħejju rapporti li mbagħad issir votazzjoni fuqhom fil-plenarja.

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament jipprovdu qafas dettaljat għall-Parlament fuq xogħlu. Peress li huwa rappreżentant taċ-ċittadini Ewropej, il-multilingwiżmu tal-assemblea saret waħda mill-aspetti l-aktar importanti tiegħu. Id-dokumenti parlamentari jiġu ppubblikati bil-lingwi kollha uffiċjali tal-UE u kull Membru tal-Parlament Ewropew għandu d-dritt li jitkellem bil-lingwa uffiċjali li jagħżel hu.

 
EuroparlTV jagħti ħarsa sħiħa lejn ix-xogħol kollu tal-Parlament Ewropew fis-sede tiegħu ta' Brussell, dik ta' Strasburgu u dik fil-Lussemburgu.
 
 
 
Ir-Regoli ta' Proċedura
 

L-Artikolu 232 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Parlament Ewropew għandu jadotta Regoli ta' Proċedura. Dawn huma ir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-organizzazzjoni u l-operat tiegħu.

 
 
Think Tank: id-dokumenti
 
 

Il-paġna Think Tank tipprovdi ħarsa wara l-kwinti tal-Parlament Ewropew. Din tagħmilha possibbli li n-nies jikkonsultaw ħafna mill-istess dokumenti li l-MPE jkunu użaw meta ddeċidew dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea.

Il-ħoloq miġbura f'din il-paġna jiftħu tieqa fuq il-ħidmiet interni tal-unika istituzzjoni tal-UE li hija direttament eletta.