Sejħiet għall-offerti

 

Bi qbil mar-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew huwa marbut li jniedi sejħa pubblika għall-offerti għal kuntratti għall-akkwist ta' prodotti u servizzi.

 
 

Fil-każ ta' kuntratti li ma jaqbżux ċerti limiti tista' ssir sejħa għall-offerti skond proċeduri mhux pubbliċi fost numru limitat ta'fornituri magħżula wara sejħa għal espressjoni ta' interess.

Is-sejħiet għall-offerti huma ppubblikati b’mod regolari fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Serje S) u jistgħu jiġu kkonsultati 'online' fid-'database' tat-TED, li hija disponibbli b'xejn u hija aġġornata kuljum.

L-informazzjoni ppubblikata fil-websajt tal-Parlament Ewropew:

  • hija informali,
  • normalment ma tkunx disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha,
  • ma tiddikjarax li hi komprensiva.

Hija bl-ebda mod ma tieħu post il-pubblikazzjoni uffiċjali ta' sejħiet għall-offerti fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea - serje S.

 
 
 
Tools