It-Trattat ta' Liżbona jagħti s-setgħa lill-Parlament Ewropew il-ġdid u fil-fatt dan issa jista' jieħu deċiżjonijiet fuq il-parti l-kbira tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Aktar minn 40 oqsma ġodda jaqgħu taħt il-proċedura ta' kodeċiżjoni tal-Parlament flimkien mal-Kunsill tal-Ministri, fosthom l-agrikoltura, il-politika tal-enerġija, l-immigrazzjoni u l-fondi tal-UE, u l-Parlament għandu l-aħħar kelma fuq il-baġit tal-UE. Flimkien mal-poter, tiġi r-responsabbiltà; il-Parlament, bħala l-unika istituzzjoni ta' l-UE li tiġi direttament eletta mill-poplu, ser ikollha mezzi ġodda biex tiddetermina l-ġejjieni tal-UE.
L-1 ta' Diċembru 2009 se jitniżżel fl-istorja tal-Unjoni Ewropea. Huwa l-jum li fih jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona, biex b'hekk jintemmu kważi għaxar snin ta' diskussjonijiet interni. It-Trattat jirrappreżenta żieda tad-demokrazija fl-Unjoni Ewropea. Dan it-Trattat jagħti spinta enormi lill-poteri tal-Parlament Ewropew. It-twessigħ tal-poteri leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew jirrappreżenta kważi l-irduppjar tas-setgħat tiegħu.
It-Trattat ta' Liżbona jagħti is-saħħa lill-Parlament Ewropew biex, issa aktar minn qatt qabel, ikun jista' jiddetermina l-futur tal-Ewropa. Aktar poter ifisser aktar responsabbiltà - iċ-ċittadini, il-parlamenti nazzjonali u l-Unjoni Ewropea ser ikunu fiċ-ċentru ta' dan il-proġett.
Kull trattat ġdid tal-UE iżid il-poter leġislattiv tal-PE. It-Trattat ta' Liżbona issa jpoġġi l-Parlament fuq l-istess livell mal-Kunsill tal-Ministru f'għadd kbir ta' liġijiet Ewropej.
It-Trattat ta' Liżbona jagħmel il-Parlament leġiżlatur aktar b'saħħthu billi jintroduċi l-proċedura ta' kodeċiżjoni għal-40 qasam ġdid, fuq l-istess livell mal-Kunsill. Fost dawn insibu l-agrikoltura, l-enerġija, is-sigurtà, l-immigrazzjoni, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, saħħa u fondi strutturali.
Il-Parlament għandu rwol ikbar fl-iffissar tal-baġit, għax id-distinzjonijiet bejn "nefqa obbligatorja" u "nefqa mhux obbligatorja" ġew aboliti. Il-Parlament ser jiddeċiedi fuq il-baġit kollhu flimkien mal-Kunsill.
L-MPE ser ikollhom jagħtu l-kunsens tagħhom għal għadd kbir ta' ftehim internazzjonali negozjati mill-UE, f'oqsma bħall-kummerċ internazzjonali.
Aktar poter ifisser aktar responsabbiltà. Id-deċiżjonijiet tal-Parlament, issa aktar minn qatt qabel, ser jaffettwaw il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini. Fl-attivitajiet kollha tiegħu l-Parlament ser ikun jista' jissalvagwardja d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE konformament maċ-Ċarter tad-Drittijiet Fundamentali fi ħdan it-Trattat ta' Liżbona.
L-MPE issa ser ikollhom rwol dirett fir-relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE. Min issa 'l-quddiem, il-Parlament ser ikun jista' jsemmi leħnu meta jintgħażel il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni, u b'hekk ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar is-Sigurtà, ser ikollha bżonn il-kunsens tal-Parlament biex tinħatar.
Fl-aħħarnett, it-Trattat ta' Liżbona ser jagħti d-dritt lill-Parlament biex jipproponi tibdil fit-trattat.
It-Trattat ta' Liżbona itejjeb l-kapaċità tal-UE u tal-Parlament li jaġġixxu u li joħorġu b'riżultati tajbin. Fi żmien meta l-Ewropa u l-bqija tad-dinja qed jaffaċċjaw sfidi kbar, l-ebda stat ma jista' jilqa' għalihom waħdu. Meta l-istati jaħdmu flimkien biss jista' jkun hemm Ewropa iktar effiċjenti, responsabbli, trasparenti u koerenti. Ir-riforma tat-Trattat tarma l-PE b'li għandu bżonn għal dawn l-isfidi f'Ewropa dejjem tikber. Apparti minn hekk, b'Liżbona il-Parlament tiegħek ukoll ser ikollu d-dritt jipproponi tibdil futur fit-trattat.
Bit-Trattat ta' Liżbona, il-PE ser ikollu iktar poteri biex jifforma l-Ewropa iktar minn qatt qabel. Bil-poteri leġislattivi tiegħu li jestendu għal 40 qasam ġdid il-PE isir leġiżlatur fuq l-istess livell tal-Kunsill tal-Ministri, li jirrapreżentaw il-gvernijiet tal-Istati Membri. L-Agrikoltura, l-enerġija, is-sigurtà, l-immigrazzjoni legali, il-ġustizzja u l-affarijiet interni, is-saħħa pubblika u fondi strutturali huma biss ftut mill-oqsma fejn il-Parlament issa għandu awtorità. Id-deċiżjonijiet tal-PE ser ikollhom impatt iktar minn qatt qabel.
Il-Parlament issa ser jiddeċiedi fuq il-baġit kollhu kemm hu, flimkien mal-Kunsill tal-Ministri. S'issa l-PE ma kellux l-aħħar kelma fl-"infiq obbligatorju" (madwar 45% tal-baġit tal-UE). B'dan it-tibdil l-UE isir responsabbli għall-baġit kollhu tal-UE flimkien mal-gvernijiet tal-UE. Il-Parlament tiegħek ser ikollhu aktar poteri biex irażżan l-infiq tal-UE
Mad-dħul fis-seħħ tat-Trattat, il-PE mhux biss ikun jista' jiddeċiedi xi jsir bil-flus imma kif dan isir ukoll. Il-Parlament ser jeleġġi l-President tal-Kummissjoni Ewropea fuq bażi tal-kapijiet tal-Istati Membri li jrid jagħti każ l-elezzjonijiet tal-PE. Hemm bżonn ukoll il-kunsens tal-Parlament biex jinħatar il-kap tal-affarijiet barranin tal-UE, ir-Rappreżentant Għoli, li ser ikun ukoll Viċi-President tal-Kummissjoni
Flimkien mal-poter, tiġi r-responsabbiltà. Bhala l-unika istituzzjoni tal-UE li tiġi eletta direttament miċ-ċittadini, l-PE ser ikun jista' jagħti leħen lill-500 miljun ċittadin tal-UE. Il-Parlament ser ikun il-gwardjan tal-katalgu ta' drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali ġodda li ser jidħlu fis-seħħ fiċ-Ċarter tad-Drittijiet Fundamentali fi ħdan it-Trattat ta' Liżbona, fosthom l-inizjattiva taċ-ċittadini li tħalli ċ-ċittadini jinterpellaw direttament l-UE jekk ikun hemm miljun firmatarju. Barra min hekk, ser tissalvagwardja d-dritt tal-parlamenti nazzjonali li joġġezzjonaw għal proposti leġislattivi li jħossu li t-tema hi waħda nazzjonali.