Preżentazzjoni

 

L-għan tal-Paġni ta' Tagħrif hu li jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-integrazzjoni Ewropea u lejn il-kontribut tal-Parlament Ewropew lil dan il-proċess.

 
 

Dawn inħolqu fl-1979 għall-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament. Minn dakinhar ġew riveduti u nkitbu mill-ġdid b'mod regolari. Qegħdin ikomplu jwettqu l-għan oriġinali tagħhom, li kien li jipprovdu lil persuni mhux speċjalizzati b'ħarsa ġenerali lejn l-integrazzjoni Ewropea u lejn il-kontribut tal-Parlament Ewropew lil dan il-proċess. Il-Paġni ta' Tagħrif huma wkoll utli bl-istess mod għal ħafna professjonisti, uffiċjali u studenti li xogħolhom huwa marbut mal-affarijiet Ewropej. Għalhekk żammejna l-affarijiet sempliċi, ċari u konċiżi u użajna format li huwa konsistenti u faċli kemm jista' jkun.

Minbarra li aġġornajna l-Paġni ta' Tagħrif, nittamaw li komplejna għamilnihom jinqraw aħjar, u b'hekk żidna anke l-valur tagħhom. Il-qarrejja li jkunu jixtiequ jidħlu f'aktar dettall jiġu riferuti għal aktar xogħlijiet speċjalizzati, li jinkludu dokumenti ta' riċerka prodotti mid-Dipartimenti tal-Politika tal-Parlament Ewropew fuq il-paġna tal-"istudji".

Il-Verżjoni Online tal-Paġni ta' Tagħrif

Il-verżjoni online li tinsab hawn hija riveduta u aġġornata – meta l-Parlament Ewropew jadotta kwalunkwe pożizzjoni jew politika importanti – f'intervalli regolari matul is-sena kollha. Fil-mument hija disponibbli bi tliet lingwi – bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

Il-verżjoni attwali tinkludi l-modifiki li saru mit-Trattat ta' Lisbona.
Għall-verżjoni online l-aktar riċenti, żidna l-isem tal-awtur (jew tal-awturi) u d-data tal-pubblikazzjoni ta' kull Paġna ta' Tagħrif.

Il-Paġni ta' Tagħrif f'Forma ta' Ktieb

Minbarra dan, il-Paġni ta' Tagħrif jiġu ppubblikati f'forma ta' ktieb darbtejn waqt kull leġiżlatura parlamentari. L-aħħar edizzjoni ġiet ippubblikata fir-rebbiegħa tal-2009 mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE f'sitt lingwi (EN, FR, DE, IT, ES, PL).

Jekk tixtieq tordna kopja, tista' tagħmel dan minn fuq is-sit tal-internet tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fl-indirizz li ġej: http://bookshop.europa.eu.

Hemm disponibbli wkoll CD-ROM b'21 lingwa.

Kummenti u Suġġerimenti

Jekk jogħġobkom ibagħtu kwalunkwe kumment, suġġeriment jew kritika fuq il-Paġni ta' Tagħrif lil ipxp-editorial@europarl.europa.eu. L-opinjonijiet tagħkom huma apprezzati.

Għal aktar informazzjoni:
 
 
Tools
 
 
L-Unjoni Ewropea f'daqqa ta' għajn

L-għan ta' dawn il-worksheets huwa li tiġi ppreżentata lil min għadu jibda deskrizzjoni ġenerali tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea u tal-kontribut tal-Parlament Ewropew f'din l-evoluzzjoni.

Dan l-aħħar, xi worksheets ġodda dwar temi attwali u l-iżviluppi li seħħew matul dawn l-aħħar snin tpoġġew online, bħal pereżempju: ir-riformi istituzzjonali introdotti bħala tħejjija għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija; il-perspettivi finanzjarji ġodda; l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa; il-politiki dwar ir-rifuġju u l-immigrazzjoni; l-amministrazzjoni tal-fruntieri esterni; il-koperazzjoni ġudizzjarja ċivili u kriminali; il-politika dwar l-isports; l-istrateġija ta' Lisbona; il-Politika Ewropea dwar il-Viċinat; il-Kawkasu tan-Nofsinhar (l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja); u l-Asja Ċentrali.

B'madwar 160 worksheet disponibbli, hawnhekk il-qarrej għandu jsib l-aħjar sorsi ta' informazzjoni istituzzjonali u politika.

Il-kontenut tal-worksheets huwa struttrat f'sitt suġġetti prinċipali, jiġifieri: is-sistema ta' kif taħdem l-Unjoni Ewropea; l-Ewropa taċ-ċittadini, is-suq intern; il-politiki komuni; l-Unjoni Ekonomika u Monetarja; ir-relazzjonijiet esterni ta' l-UE.