Petizzjonijiet

 
Wieħed mid-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini Ewropej:

Kull ċittadin, li jkun qed jaġixxi b'mod individwali jew b'mod konġunt ma' oħrajn, jista', f'kull mument, jeżerċita id-dritt tiegħu li jressaq petizzjoni lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea, u dawk kollha residenti fi Stat Membru, jistgħu b'mod individwali jew b'mod konġunt ma' oħrajn, iressqu petizzjoni lill-Parlament Ewropew dwar suġġett li jaqa' fi ħdan l-oqsma ta' attività tal-Unjoni Ewropea u li jaffettwahom direttament. Kull kumpanija, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li għandha l-sede tagħha fl-Unjoni Ewropea tista' wkoll teżerċita dan id-dritt li tressaq petizzjoni, dritt garantit mit-Trattat.

Petizzjoni tista' tieħu sura ta' lment jew ta' talba u tista' tkun tikkonċerna kwistjonijiet ta' interess pubbliku jew privat.

Il-petizzjoni tista' tippreżenta talba individwali, ilment jew osservazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-liġi ta' l-UE jew appell lill-Parlament Ewropew sabiex jadotta pożizzjoni dwar kwistjoni speċifika. Petizzjonijiet bħal dawn jagħtu l-opportunità lill-Parlament Ewropew li jiġbed l-attenzjoni għal kull ksur ta' drittijiet taċ-ċittadini Ewropej min-naħa ta' Stat Membru jew awtoritajiet lokali jew istituzzjoni oħra.

 
 
Proċedura biex tressaq petizzjoni quddiem il-Parlament Ewropew
 
Min jista' jressaq petizzjoni, u dwar liema suġġetti?
Min jista' jressaq petizzjoni?

Tista' tressaq petizzjoni jekk int:

  • ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea,
  • residenti fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea,
  • membru ta' għaqda, kumpanija, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni (persuna fiżika jew legali) bil-kwartieri ġenerali tagħha fi Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-petizzjoni tiegħek, liema suġġetti għandha tirrigwarda ?

Is-suġġett tal-petizzjoni għandu jirrigwarda kwistjonijiet relatati ma' l-interess jew mar-responsabilità ta' l-Unjoni Ewropea, bħal:

  • id-drittijiet tiegħek bħala ċittadin Ewropew kif stipulati fit-Trattati
  • kwistjonijiet ambjentali,
  • protezzjoni tal-konsumatur,
  • moviment ħieles ta’ persuni, oġġetti, servizzi u s-suq intern,
  • kwistjonijiet ta' impieg u politika soċjali,
  • rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali,
  • problemi oħra relatati ma' l-implimentazzjoni tal-liġi ta' l-UE.

Nota Importanti: Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ma jiħux ħsieb talbiet għal informazzjoni biss. L-istess ħaġa tapplika għal kummenti ġenerali dwar il-politika ta' l-UE.

F'liema lingwa għandha tkun il-petizzjoni?

Il-petizzjoni għandha tinkiteb f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għal aktar informazzjoni ara:
  • L-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
  • Ir-Regoli ta' Proċedura: l-Artikoli 201, 202
 
 
X'azzjoni tittieħed f'każ li petizzjoni tkun ammissibbli?

Jekk is-suġġett tal-petizzjoni jkun jirrigwarda qasam ta' attività tal-Unjoni Ewropea, normalment il-petizzjoni tkun iddikkjarata ammissibbli mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li mbagħad jiddeċiedi liema tip ta' azzjoni għandha tittieħed, skont ir-Regoli ta' Proċedura.

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jinfurmak mill-aktar fis possibbli hekk kif tintlaħaq deċiżjoni, tkun xi tkun id-deċiżjoni.

Skont iċ-ċirkustanzi, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista':

  • jsaqsi lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tagħmel investigazzjoni preliminari u tipprovdi informazzjoni dwar konformità ma' leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti, jew ikkuntatja lis-SOLVIT;
  • jirreferi l-petizzjoni lill-kumitati tal-Parlament Ewropew għal informazzjoni jew għal aktar azzjoni (kumitat jista' pereżempju, jikkunsidra petizzjoni fl-attivitajiet leġiżlattivi tiegħu).
  • f'xi każi eċċezzjonali, jipprepara u jissottometti rapport komplut lill-Parlament sabiex jittieħed vot fuqu fis-sessjoni plenarja jew sabiex iwettaq żjara għal tiftix ta' fatti fil-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat u jippubblika rapport tal-Kumitat li jinkludi l-osservazzjonijiet u rrakkomandazzjonijiet;
  • jew jieħu kull azzjoni oħra meqjusa xierqa sabiex jipprova jsolvi kwistjoni jippubblika jew jagħti reazzjoni adegwata lil min ressaq il-petizzjoni.

Bħala regola l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiltaqa' kull xahar, minbarra f'Awwissu meta l-Parlament ikun wieqaf. Il-Kumitat huwa mgħejun fix-xogħol tiegħu minn segretarjat permanenti li jamministra l-proċess tal-petizzjonijiet, li għandu rwol konsultattiv u li jipprepara l-laqgħat tal-Kumitat. Il-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Petizzjonijiet jista' jfittex li jikkopera ma' awtoritajiet nazzjonali jew lokali fl-Istati Membri sabiex isolvi kwistjoni mqajma minn xi ħadd li għamel petizzjoni. L-informazzjoni dwar il-petizzjonijiet jistgħu jingħataw lil dawn l-awtoritajiet sakemm dak li qed iressaq il-petizzjoni ma joġġezzjonax b'mod speċifiku. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet madanakollu, ma jistax jegħleb deċiżjonijiet meħuda minn awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. Billi l-Parlament Ewropew mhux awtorità ġudizzjarja: ma jista' la jiġġudika u lanqas jirrevoka deċiżjonijiet meħudin mill-Qrati tal-liġi fl-Istati Membri. Petizzjonijiet li jfittxu dawn it-tip ta' azzjonijiet mhumiex ammessibbli.

Għal aktar informazzjoni ara:
 
 
In-nuqqas ta' ammissibilità, pubblikazzjoni ta' petizzjonijiet
Nuqqas ta' ammissibilità ta' petizzjoni

Jekk il-petizzjoni tiegħek ma taqax fi ħdan qasam ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea tkun iddikjarata mhux ammissibli. Dan jista' jkun għaliex is-suġġett ikun jaqa' b'mod ċar taħt ir-responsabilità u l-kompetenza ta' l-Istat Membru.

Petizzjonijiet iddikjarati mhux ammissibbli mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jiġu ffajljati u ma tittieħed l-ebda azzjoni dwarhom. Il-Kumitat madankollu javżak dwar id-deċiżjoni tiegħu.

Skond is-suġġett tal-petizzjoni tiegħek, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista' jagħtik il-parir li tikkuntattja korp li mhux ta' l-UE (e.g. il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem) jew xi awtorità nazzjonali (e.g. l-ombudsman nazzjonali jew il-kumitati għall-petizzjonijiet fil-Parlamenti ta' l-Istati Membri).

Inti ġentilment mitlub tinnota li mistoqsijiet dwar amministrazzjoni ħażina fi ħdan l-Istituzzjonijiet jew fi ħdan il-korpi ta' l-UE għandhom ikunu indirizzati lill-Ombudsman Ewropew.

Għal aktar informazzjoni ara:
Pubblikazzjoni ta' Petizzjonijiet

In-numri u l-awturi tal-Petizzjonijiet, l-awtur prinċipali fil-każ ta' petizzjonijiet kollettivi, u n-numru mogħti lill-petizzjoni jitniżżlu f'reġistru fl-ordni li jkunu waslu u jitħabbru fis-seduti plenarji tal-Parlament Ewropew. Dawn l-avviżi jidhru fil-minuti tas-seduta li fihom ikunu tħabbru. Kull min iressaq petizzjoni għandu jkun jaf li l-minuti jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali. Konsegwentament ċerti dettalji, inklużi l-isem ta' min ressaq il-petizzjoni u n-numru tal-petizzjoni jkunu disponibbli fl-Internet. Dan għandu implikazzjonijiet dwar il-ħarsien tad-dejta individwali u għalhekk l-awtur tal-petizzjoni qed jiġi speċifikament mgħarraf b'dan. Jekk, bħala persuna li qed tressaq petizzjoni, ma tixtieqx li ismek jidher, il-Parlament Ewropew jirrispetta l-privatezza tiegħek, iżda talbiet bħal dawn iridu jkunu msemmija b'mod ċar u espliċitu fil-petizzjoni tiegħek. Bl-istess mod, jekk tixtieq li l-petizzjoni tiegħek tiġi ttrattata b'kunfidenzjalità, din it-talba għandha ssir ukoll b'mod ċar. Il-Kumitat jagħti importanza lit-trasparenza tal-laqgħat tiegħu li jistgħu jiġu strimjati fuq l-internet. Għaldaqstant wieħed jista’ jsegwi dak li jkun għaddej permezz tas-sit elettroniku tal-PE. Il-laqgħat tal-Kumitat isiru fil-pubbliku u dak li qed iressaq il-petizzjoni jista’ jattendi jekk ikun għamel it-talba għal dan, jekk u meta l-petizzjoni mressqa tkun qed tiġi diskussa.

Għal aktar informazzjoni ara:
 
 
 
 
Tools
 
 
X'sura għandha tieħu l-petizzjoni?
 

Hemm żewġ modi kif tressaq petizzjoni:

  • bil-posta,
  • b'mezz elettroniku (formola elettronika)

Il-petizzjoni għandha tinkludi dak kollu pertinenti u tinkludi l-fatti kollha li huma importanti għall-kwistjoni, iżda m'għandux ikun fiha dettalji żejda. Il-petizzjoni għandha tkun miktuba b'mod ċar u li jintgħaraf u magħha jista' jinthemeż sommarju.

bil-posta:

Jekk tixtieq tippreżenta l-petizzjoni tiegħek fuq karta, m'hemm l-ebda formola li għandha timtela jew xi stil standard li għandu jintuża

Madanakollu, il-petizzjoni tiegħek:

  • għandu jkun fiha ismek, in-nazzjonalità u l-indirizz permanenti (fil-każ ta' petizzjoni mressqa minn grupp il-petizzjoni jrid ikun fiha l-isem, in-nazzjonalità u l-indirizz permanenti ta' min qiegħed jippreżentaha, jew ta' l-anqas, ta' l-ewwel firmatarju.);
  • għandha tkun iffirmata

Il-petizzjoni tiegħek tista' tinkludi dokumenti mehmuża, inklużi kopji ta' dokumenti li jista' jkollok u li jsaħħu l-każ.

Il-petizzjoni għandha tintbagħat għar-reġistrazzjoni lil:

  • European Parliament
  • The President of the European Parliament
  • Rue Wiertz
    B-1047 BRUSSELS
 
 
b'mezz elettroniku (formola ‘online’):

Jekk tixtieq tressaq petizzjoni b'mezz elettroniku int għandek:

  • taqra l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet li jeżistu 'online' fil-paġni tal-Petizzjonijiet fil-websajt tal-Parlament Ewropew, u mbagħad,
  • timla l-formola 'online' u tikklikkja fuq 'Ibgħat'.

Hekk kif tibgħat il-petizzjoni bl-email, int għandek tirċievi konferma elettronika li l-petizzjoni waslet.

Din imbagħad tiġi mgħoddija lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li għandu r-responsabilità li jħaddem il-proċess tal-petizzjoni, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jasal għal konklużjonijiet dwar kull petizzjoni. Il-Petizzjonijiet mressqa li fihom lingwaġġ offensiv jew li ma jkunux pertinenti mil-lat sostantiv tagħhom ma jiġux investigati mill-Kumitat, u ma tingħatawx tweġiba.

Fi kwalunkwe korrispondenza oħra dwar azzjoni meħuda dwar il-petizzjoni, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jikkomunika bil-posta.

Jekk tixtieq tehmeż xi informazzjoni supplimentari jew xi dokumenti li jsaħħu l-każ mal-petizzjoni tiegħek, jekk jogħġbok inti mitlub tibgħathom bil-posta, filwaqt li tirreferi għan-numru tal-petizzjoni, fl-indirizz li ġej:

  • European Parliament
 
 
 
 

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa magħmul minn 34 Membru u huwa mmexxi minn 'Chairman' u 4 Viċi-'chairmen'.