Citizens’ Agora

 
Agora preċedenti
 
Dwar it-tibdil fil-klima - 12 u 13 ta' ġunju 2008 Idħol fil-Forums  

Li jiġi ttrattat it-tibdil fil-klima huwa wieħed mill-isfidi li qed jaffaċċjaw is-soċjetajiet tagħna. Fil-fatt, fid-dawl ta' bosta studji internazzjonali (ir-rapport Stern, ir-rapporti tal-UNFCCC u ta' l-IPCC, eċċ.), l-istituzzjonijiet Ewropej, flimkien mal-parteċipanti internazzjonali kollha, issa jaqblu li l-effetti ambjentali, soċjali, ekonomiċi u kulturali mbassra jistgħu jkunu kolossali.

 
Dwar it-tibdil fil-klima - 12 u 13 ta' ġunju 2008

Wara r-riżultati tal-Konferenza Dinjija reċenti dwar il-Klima (Bali 2007), u fl-istennija tas-samits dinjija li għandhom isiru dwar dan is-suġġett (Poznan fl-aħħar ta' l-2008, u Copenhagen fl-aħħar ta' l-2009), l-Unjoni Ewropea bi ħsiebha tuża din is-sena kollha biex tħares aktar mill-viċin lejn il-politiki kollha tagħha f'dan il-qasam: l-enerġija, it-trasport, l-agrikultura, il-kummerċ, l-ambjent, l-iżvilupp, il-politika soċjali, ir-riċerka, l-edukazzjoni, l-industrija, eċċ.

Il-Parlament Ewropew qed jistieden lis-soċjeta ċivili Ewropea, rappreżentata minn 500 mill-organizzazzjonijiet importanti tagħha, biex tesprimi l-opinjonijiet tagħha liberament u bis-saħħa dwar din il-kwistjoni kruċjali u biex tressaq l-analiżi tagħha u biex tfassal il-proposti tagħha, filwaqt li tiddefinixxi l-irwol tagħha f'dak li jrid isir.

Il-klima - analiżi, soluzzjonijiet u mobilizzazzjoni

L-Agora taċ-Ċittadini, li se ssir fil-Kamra tal-Parlament u fil-preżenza tar-rappreżentanti tad-diversi istituzzjonijiet Ewropej, mistennija li tkun mument kruċjali għad-demokrazija Ewropea.

Wara s-suċċess ta' l-Agora preċedenti, ix-xogħol se jiġi organizzat madwar workshops trans-settorjali bil-għan li jattiraw medda ta' kontributuri soċjalment u kulturalment differenti, u li jinbeda djalogu li jittraxxendi s-suġġetti tradizzjonali li huma speċifiċi għas-settur tas-soċjeta ċivili strutturata. Dawn il-gruppi ta' ħidma se jippermettu li jiġu konfrontati opinjonijiet different, u li mid-dibattitu jew jintlaħaq kunsens jew jitressqu l-għażliet veri kollha.

L-elementi varji ta' din il-kwistjoni kbira Ewropea u dinjija se jiġu indirizzati simultanjament u minn numru ta' angoli differenti f'ħames workshops (Riżorsi, Tekniki, Solidarjeta, Ekonomiji, Edukazzjoni). Apparti l-preżentazzjoni tal-kunċetti ewlenin, jiġu milqugħa wkoll kwalunkwe proposti speċifiċi. Il-parteċipanti fl-Agora jridu jkunu konxji wkoll f'kull ħin li se jkun hemm bżonn li jissintesizzaw l-analiżi tagħhom, li jagħmlu lista ta' prijoritajiet, u fuq kollox, li jiżguraw li l-politiki kollha tagħhom ikunu sostenibbli.

 
 
Il-futur ta’ l-Ewropa (8-9 ta’ Novembru 2007) Idħol fil-Forums  

L-ewwel Agora, iddedikata ghall-futur ta' l-Ewropa - it-Trattat il-gdid u l-opportunitajiet il-godda. Din saret fil-Parlament Ewropew nhar it-8 u d-9 ta' Dicembru 2007 u gabret 'l fuq minn 400 persuna f'jumejn.

Ix-xoghol tad-delegati ta' l-Agora kien maqsum f'5 gruppi ta' xoghol, fejn ittellghu dokumenti separati b'dak li hareg mid-dibattiti. Il-konkluzjonijiet gew ipprezentati matul seduta plenarja u matul konferenzi stampi varji.

 
European Parliament response to citizens' demands for greater involvement

Ir-rispons tal-Parlament Ewropew ghat-talba tac-cittadini ghal aktar involviment

Minhabba li huwa elett b’mod dirett, il-Parlament huwa l-aktar istituzzjoni ta’ l-UE li tista’ zzomm miftuh il-mezzi ta' kommunikazzjoni mac-cittadini ta’ l-UE. Il-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) jinsabu f’kuntatt regolari mac-cittadini,u huma responsabbli b’mod dirett lejn il-votanti.

Zgur li l-istituzzjonijiet kollha ta’ l-UE jifhmu l-importanza tad-djalogu mac-cittadini bhala parti tal-progett Ewropew. Madankollu, ir-rispons taghhom kien relatat mad-dibattitu dwar l-arkitettura istituzzjonijali ta' l-Ewropa. Minkejja li din il-kwistjoni hija vitali, huwa importanti li wiehed jikkoncentra ukoll fuq it-thassib ta' kuljum tal-poplu.

Ghaldaqstant il-Parlament Ewropew issa qieghed jipproponi biex jinvolvi lic-cittadini fi djalogu permanenti dwar il-gejjieni ta’ l-UE.

X’tista’ taghmel l-Ewropa ghalik – u x’tista’ taghmel int ghall-Ewropa

L-ghoti ta' hegga gdida lill-integrazzjoni Ewropea jirrikjedi rabta b’sahhitha u permanenti mac-cittadini ta’ l-UE. Mhux bizzejjed li tghid lin-nies li l-Ewropa qed tinbena ghalihom – l-Ewropa jehtieg li tinbena maghhom. Sabiex tinzamm il-fiducja, huwa assolutament essenzjali li din l-idea tkun maghmula cara, u li tittiehed azzjoni dwarha.

Il-Parlament Ewropew irid mhux biss jikkomunika mac-cittadini, izda wkoll li jismahom b’mod genwin. Ic-cittadini, li jgibu ruhhom bhala protagonisti, aktar milli semplici konsumaturi, jistghu jbiddlu mhux biss in-natura ta’ l-ezercizzju, izda wkoll l-ghanijiet tieghu.

Djalogu miftiehem u bilancjat jassigura appogg massimu ghall-progett Ewropew. Izda kif, fil-prattika, jista’ jsir dibattitu tajjeb u li jhalli l-frott f’Komunità ta’ kwazi nofs biljun persuna?

 
 
L-irwol ta’ l-Agora  

Il-Parlament jipproponi hawnhekk li jlaqqa’ flimkien l-enerġija parteċipattiva tas-soċjetà Ewropea, espressa permezz ta' netwerks ta’ assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet professjonali u t-trejdjunjins, flimkien mad-demokrazija rappreżentattiva, kif personifikata fil-livell Ewropew permezz tal-Parlament Ewropew.

Din it-taħlita tista’ tissejjaħ "AGORA", f’ġieħ l-ewwel forum ta’ dibatittu pubbliku stabbilit permezz tad-demokrazija “diretta” ta’ Ateni, li hija l-għerq tad-demokrazija Ewropea.

Bħala forum, l-Agora tgħaqqad il-vuċijiet taċ-ċittadini Ewropej ma’ dawk tar-rappreżentanti eletti tagħhom. Hija tista’ tagħti lill-parteċipanti l-opportunità li jimpenjaw ruħhom fid-dibattitu Ewropew u li joħorġu b’politiki konkreti, ibbażati fuq l-esperjenza ta’ kuljum, sabiex jiġu ffaċċjati l-problemi li qed tiffaċċja l-Unjoni.

Mid-definizzjoni tal-problema għall-ilħuq ta’ kunsens

L-Agora tista' tipprovdi informazzjoni li jistgħu jdaħħlu fix-xogħol leġislattiv tagħhom matul l-abbozzar ta' rapporti fil-kumitati parlamentari, jiġifieri qabel ma’ suġġett partikulari jkun ivvutat fil-kumitat. Id-dibattiti tagħha ser jiffukaw fuq kwistjonijiet li huma prijorità għall-aġenda tal-Parlament u għandhom impatt ċar fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini. B'hekk ser tgħin sabiex jinxteħet dawl fuq kwistjonijiet li ħafna drabi huma limitati għal diskussjonijiet ma' lobbyists.

L-Agora tista’ wkoll tgħin biex tirrekonċiilja punti di visti diversi. Bħala eżempju ta’ dan, il-Konvenzjoni ta’ l-2004 dwar il-Futur ta’ l-Ewropa wriet li oqsma kbar ta’ ftehim jistgħu jkunu stabbiliti mingħajr votazzjoni, sempliċiment permezz tad-diskussjoni, anke fi ħdan assemblea li tinkorpora fiha ħafna diversità.

 
 
Djalogu bejn iċ-ċittadini ta’ l-UE u l-istituzzjonijiet  

Sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-integrazzjoni Ewropea, il-Parlament qed jipproponi li jdaħħal aktar ċittadini fis-seduti ta’ smigħ u l-konsultazzjonijiet li l-istituzzjonijiet ta’ l-UE jagħmlu regolarment ma’ setturi tas-soċjetà ċivili Ewropea.

Il-500 parteċipant ta’ l-Agora ser jintalbu jagħmlu ħafna aktar milli sempliċiment jagħtu l-fehmiet tagħhom dwar temi relevanti għall-UE jew li jieħdu l-mikrofonu biex jistimulaw id-dibattitu. Se ikunu involuti attivament sabiex jippreparaw ir-rapporti tad-dibattiti. Ser ikunu protagonisti, mhux kummentaturi.

Barra minn hekk, il-Parlament għandu l-għan li jmur lil hinn mill-istrutturi tradizzjonali u settorjali tas-soċjetà ċivili (kwistjonijiet soċjali, l-ambjent, l-iżvilupp, l-edukazzjoni, eċċ), sabiex jagħmilha possibbli li jinstemgħu fehmiet differenti u li titfaċċa l-firxa kbira ta’ għażliet.

Gruppi ta' ħidma minn dixxiplini diversi se jitwaqqfu biex jakkomodaw 'l-kontributuri diversi minn sfondi kulturali u soċjali differenti sabiex jiffaċilitaw id-djalogu ma' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Din l-iskambju miftuħ u wiesgħa ser tkun ukoll komplement siewi għall-programm attwali ta’ seduti ta’ smigħ tal-kumitati. Dan it-tip ta' seduti ta' smigħ, li huma mod essenzjali ta’ kif il-Membri tal-Parlament jitgħallmu billi tiġi provduta lilhom informazzjoni mingħand l-esperti, se jibqħu ġrajjiet ta’ darba kultant li ma mhumiex estiżi għan-netwerk kbir tas-soċjetà ċivili Ewropea, li sikwit tħossha miżmuma barra mill-proċess.

Fl-aħħarnett, l-Agora ser tkun differenti mill-fora taċ-ċittadini li saru fil-passat fl-Istati Membri kollha għax ser ikunu miftuħa għal parteċipanti minn pajjiżi differenti, independentement mill-oriġini nazzjonali tagħhom. L-Agora ser tagħmilha possibbli lill-elettorat u lil dawk eletti, mis-setturi kollha tas-soċjetà ċivili u mill-Istati Membri kollha, li jiltaqgħu biex b’mod miftuħ jiddiskutu l-ġejjieni tal-kontinent tagħna.

 
 
Relazzjonijiet ma’ l-istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE  

L-istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE għandhom ħafna x’jibbenefikaw mis-suċċess ta’ din l-inizjattiva, u huma l-imsieħba naturali ta’ l-Agora taċ-ċittadini. L-appoġġ ta’ l-istituzzjonijiet kollha ta’ l-UE għall-proġett Agora jista’ jwassal għal sitwazzjoni vantaġġuża għal kull istituzzjoni.

Il-Kunsill jista’ jinkoraġġixxi l-membri tiegħu sabiex jirriklamaw l-inizjattiva tal-Parlament fi stadju bikri fost l-entitajiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi rispettivi tagħhom sabiex ikabbru l-interess popolari fil-proġett.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-Agora bħala għodda operattiva fl-isforzi kontinwi tagħha sabiex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini Ewropej. Hija tkun tista’ tinkorpora d-diskussjonijiet ta’ l-Agora fir-riflessjoni politika prospettiva tagħha stess.

Il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, minħabba l-irwoli speċifiċi tagħhom, jistgħu ikunu involuti fix-xogħol ta’ l-Agora u anke jkunu mistiedna jesprimu l-fehmiet tagħhom fil-kapaċità tagħhom bħala esperti.

 
 
Organizzazzjoni tax-xogħol  

L-Agora ser issir fl-emiċiklu tal-Parlament Ewropew fi Brussell darba kull sitt xhur. 500 rappreżentant minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ser ikunu mistiedna għal kull avveniment.

L-Agora ser tkun organizzati fi tliet fażijiet: a) preparazzjoni u abbozzar tad-dokumenti ta’ ħidma bl-għajnuna tal-websajt ta’ l-Agora; b) dibattiti ta’ jumejn fil-Parlament, bir-rekordjar tad-dibattiti c) tqassim tar-riżultat lill-partijiet kollha.

Il-Konferenza tal-Presidenti ser tiddeċiedi s-skeda ta’ l-Agora u tiddentifika t-temi ta’ interess għad-diskussjoni għaċ-ċittadini.

Il-kumitati parlamentari, grazzi għall-għarfien espert tagħhom f’oqsma speċifiċi, ikunu l-aktar korpi li jistgħu jiddeterminaw lil min jiġi mistieden. Għaldaqstant huma responsabbli għall-akkreditazzjoni ta’ organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili. Kull kumitat inkarigat minn kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-qasam ta’ kompetenza tiegħu skond ir-Regoli ta’ Proċedura tal-PE.

Kull laqgħa ta’ dibattitu ta’ l-Agora ser tingħalaq minn żewġ moderaturi, li wieħed minnhom jintgħażel fost l-MEPs jew ir-rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet oħra ta’ l-UE, u l-ieħor mill-organizzazzjonijiet mistiedna.

B’kuntrast, dawk responsabbli għar-rapport tal-workshops ser jintgħażlu fost il-500 membru tas-soċjetà ċivili. Se jkun hemm żewġ jew tliet riporters ta' dan it-tip għal kull wieħed mill-ħames workshops. L-irwol tagħhom huwa partikularment sensittiv.

Dawn ir-riporters ser ikunu responsabbli sabiex jippreparaw dokument ta' diskussjoni qabel ma ssir il-laqgħa, bl-għajnuna tal-kontributi li jibagħtu l-parteċipanti fuq il-websajt ta' l-Agora.

Barra minn hekk, huma ser jieħdu ħsieb il-preparazzjoni ta’ dokument wieħed ta’ paġna recto-verso li jiġbor id-dibattitu fil-qasir u l-firxa ta’ għażliet li joħorġu mid-diskussjonijiet. Dawn id-dokumenti huma l-konklużjonijiet uffiċjali ta’ l-Agora u għaldaqstant jiġu inklużi fil-kunsiderazzjonijiet tal-Parlament.

Kull organizzazzjoni involuta tintalab tagħżel wieħed mill-membri tagħha sabiex jipparteċipa fl-Agora. L-għażla dwar min jintbagħat Brussell hi ta’ l-organizzazzjoni innifisha.

Agora ser iseħħ bejn it-8 u d-9 ta’ Novembru 2007, u ser tiffoka fuq il-ġejjieni ta’ l-Ewropa: l-isfidi, l-opportunitajiet u l-għodda li joffru t-trattati l-ġodda. Fil-bidu tas-sena d-dieħla, temi oħra bħall-bidla fil-klima u d-dimensjoni soċjali ta’ l-UE ser jiġu diskussi waqt tieni Agora.

Għal dan l-avveniment, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali inħatar bħala l-kumitat responsabbli, u għaldaqstant huwa inkarigat li jistieden nofs il-parteċipanti, jiġifieri 250 persuna. Għaxar kumitati oħra kienu involuti fil-preparazzjoni ta' l-Agora, filwaqt li kull wieħed minnhom kien responsabbli li jistieden 25 persuna. Dawn huma l-Kumitati għal-Libertajiet Ċivili, l-Affarijiet Barranin, il-Baġit, l-Affarijiet Soċjali, l-Iżvilupp, l-Ambjent, l-Industrija, id-Drittijiet tan-Nisa u s-sotto-kumitati għad-Drittijiet tal-Bniedem u għas-Sigurtà u d-Difiża.

 
 
Segwitu tad-dibattiti ta’ l-Agora  

Il-konklużjonijiet ta’ l-Agora fuq tema partikulari jistgħu jservu mhux biss lill-MEPs għar-riflessjonijiet tagħhom (pereżempju fl-emendi) iżda wkoll li jaslu għall-attenzjoni tal-kumitati tal-Parlament u/jew l-istituzzjonijiet l-oħra konċernati ta’ l-UE, u b'hekk jassiguraw li attenzjoni retta tkun mogħtija lill-fehmiet taċ-ċittadini.

Ir-rikordju tax-xogħol Agora ser jintbagħtu lill-istituzzjoni ta’ l-UE u dawk nazzjonali kif ukoll lill-organizzazzjonijiet kollha involuti. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jagħtu kontribut, permezz tan-netwerks tagħhom, għall-firxa wiegħa ta' l-informazzjoni.

Wara t-tieni Agora, skedata għall-bidu ta’ l-2008, il-korpi Parlamentari involuti ser jevalwaw ir-riżultati. Huma jistgħu jiddeċiedu li jaġġustaw il-forma u s-sustanza fid-dawl tar-riżultati li jkollhom sa dak il-punt.

Fil-50 anniversarju tat-Trattati ta’ Ruma, il-Parlament Ewropew qed jagħmel imħatra notevoli – waħda li ċ-ċittadini għandhom ikunu lesti li jagħmlu.

 
 
 
Tools
 
 

L-Agora taċ-Ċittadini tirrapreżenta rabta bejn il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili Ewropea. Hija għodda unika, kemm fl-istruttura kif ukoll fil-kobor, biex tiddiskuti maċ-ċittadini, kwistjonijiet dwar l-aġenda leġiżlattiva tal-Parlament.

L-Agora tipprovdi opportunità għal dibattitu miftuħ bl-għan li jkun hemm kunsens jew li jinkixfu opinjonijiet diverġenti fi ħdan is-soċjetà ċivili dwar l-analiżi jew l-azzjoni li għandha sseħħ biex jiġu indirizzati l-isfidi Ewropej tal-futur.

Hekk kif l-UE tiżviluppa l-inizjattivi tagħha li jmiss, l-organizzazzjonijiet Ewropej tas-soċjetà ċivili huma mistiedna biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, iressqu l-analiżi u l-proposti tagħhom u jisħqu fuq l-irwol li jixtiequ jkollhom fl-azzjonijiet futuri tal-UE.

Il-konklużjonijiet tal-Agora, kif abbozzati mir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, huma sottomessi lill-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali u mxerrdin ħafna minn dawk kollha involuti.