Bażi ġuridika

 

Il-bażi ġuridika tal-attivitajiet tal-Unità tal-arkivji storiċi ċentrali tal-PE - (CARDOC - Unità taċ-Ċentru tal-Arkivji u Dokumentazzjoni) tinsab fid-Deċiżjoni tal-Bureau tat-2 ta’ Lulju 2012, bit-titolu "Regoli dwar l-amministrazzjoni tad-dokumenti tal-Parlament Ewropew" PE422.611/BUR)

 
 

Id-dokument jistabbilixxi r-regoli għall-unitajiet kollha tal-PE li jkollhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tad-dokumenti (il-ħolqien, ir-riċeviment, ir-reġistrazzjoni, il-klassifika, il-konservazzjoni u l-komunikazzjoni).

Għall-każ speċifiku tal-CARDOC, ir-regolamentazzjoni tipprevedi serje ta’ miżuri bl-għan li jippermettu aktar trasparenza fid-disponibbiltà ta’ dokumenti storiċi tal-PE għall-benefiċċju taċ-ċittadini. Għal dan l-għan, ġie stabbilit il-prinċipju taċ-ċentralizzazzjoni tad-dokumenti fi ħdan l-Unità CARDOC.

Serje ta’ sorsi regolatorji oħrajn jikkompletaw il-bażi ġuridika tal-attività tal-CARDOC; dawn jirreferu għal aspetti aktar speċifiċi tat-trattament tad-dokumenti u, b’mod partikolari, għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-ġabra tal-arkivji (metodi u limiti tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trasparenza):

Regoli dwar l-amministrazzjoni tad-dokumenti tal-Parlament Ewropew
  • en fr
a) dispożizzjonijiet tal-liġi sekondarja:
  • - Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 354/83 (kif emendat mir-Regolament Nru 1700/2003 tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003) dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;
    en fr
  • - Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data;
    en fr
  • - Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
    en fr
b) dispożizzjonijiet interni:
  • - Id-Deċiżjoni tal-Bureau tat-28 ta' Novembru 2001, dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew (il-verżjoni riveduta hija ppubblikata fil-ĠU C 216, 22.07.3002, p. 19);
    en fr
  • - Id-Deċiżjoni tal-Bureau tas-6 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-regoli li jirregolaw it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew.
    en fr
 
 
 
 
Kuntatti
 
  • Arkivji Storiċi Ċentrali
  • Bâtiment Robert Schuman
    Place de l'Europe
    L-2929 Luxembourg

  • 00352 4300 27561
    00352 4300 24639
    00352 4300 23036


  • mit-Tnejn sal-Ħamis: mid-9.30 sal-17.30
  • Il-Ġimgħa: mid-9.30 san-12.30