Kif taħdem il-plenarja?

 

Is-sessjoni plenarja tirrapreżenta mument importanti fl-attività tal-Parlament Ewropew, dak il-punt meta x-xogħol leġiżlattiv li jkun sar fil-Kumitati tal-Parlament u fil-gruppi politiċi jilħaq il-quċċatta tiegħu. Is-sessjoni plenarja hija wkoll l-assemblea fejn ir-rappreżentanti taċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea - il-Membri Parlamentari - jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet Komunitarji u jsosnu l-opinjonijiet tagħhom quddiem il-Kummissjoni u l-Kunsill.

Għal bosta żmien il-Parlament kellu biss il-funzjoni li jiddiskuti u li jkun organu konsultattiv.
Wara li beda jiġi elett permezz ta' elezzjoni b'suffraġju universali dirett u permezz tal-ħidma tal-Membri Parlamentari, huwa rnexxielu jżid is-saħħa tiegħu u jikseb poteri ugwali daqs dawk tal-Kunsill fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fuq tliet kwarti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Illum, sessjoni plenarja tal-Parlament tilqa' 751 Membru elett minn 28 Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea u d-dibatittiti jsiru fi 24 lingwa. Membri Parlamentari, uffiċjali, interpreti u tradutturi jimxu fuq regoli preċiżi ħafna sabiex jiġi żgurat li l-iżvolġiment tas-sessjoniuta jkun effiċjenti.

 
 
Il-parteċipanti f'sessjoni plenarja

Is-seduti plenarji huma ppreseduti mill-Président tal-Parlament Ewropew. Il-President Ewropew huma megħjun f'dan ix-xogħol minn erbatax-il Viċi President. Kultant il-Président jiftaħ is-seduti b'diskors jew b'diskors ta' apprezzament skond il-ħtieġa tal-mument. Fil-fatt, il-Parlement joqgħod attent li jirreaġixxi għall-grajjiet attwali importanti tal-mument u ma jżommx lura milli jibdel l-aġenda sabiex jappella biex l-Unjoni tieħu l-passi meħtieġa. F'dan ir-rigward, l-influwenza li jeżerċita l-President tista' tkun determinanti.

Waqt is-sessjoni, l-President isejjaħ lill-Membri Parlamentari biex jagħmlu l-interventi tagħhom u jieħu ħsieb li d-diskussjonijiet isiru kif suppost. Huwa jmexxi wkoll il-votazzjonijiet, iressaq l-emendi u r-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi għall-votazzjoni tal-Membri Parlamentari u jiddikjara l-maġġoranzi miksuba mill-assemblea. Huwa għandu l-awtorità li jimponi t-tul tal-votazzjonijiet li kultant ikunu twal u kumplikati.

Is-751 Membru Parlamentari illum jinqasmu fi 7 gruppi politiċi li jirrapreżentaw il-movimenti ideoloġiċi kollha. Ċerti Membri m'huma msieħba f'ebda grupp politiku u huma għalhekk meqjusa Membri "mhux affiljati". Huma l-gruppi politiċi li jiddeċiedu liema kwistjonijiet għandhom jiġu ttratati waqt is-sessjoni plenarja. Huma jistgħu wkoll iressqu emendi għar-rapporti li fuqhom issir votazzjoni. Madankollu, ebda Membru ma jista' jiġi obbligat mill-grupp tiegħu biex jivvota b'xi mod partikulari.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jiieħdu sehem fis-seduti plenarji sabiex jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fil-proċedura tat-teħid ta' deċiżjonijiet. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, ir-rappreżentanti taż-żewġ istituzzjonijiet jistgħu jiġu wkoll mitluba biex jagħmlu dikjarazzjonijiet jew biex jagħtu rendikont ta' l-attività tagħhom billi jirrispondu għall-mistoqsijiet li jistgħu jsirulhom mill-Membri Parlamentari. Dawn id-diskussjoniiet jistgħu jintemmu permezz ta' votazzjoni għal riżoluzzjoni.

Minħabba n-numru kbir ta' rappreżentanti li tiġbor fiha s-sessjoni plenarja, m'hemmx lok għall-improvizzazzjoni u jeħtieġ għalhekk li kemm jista' jkun possibbli kollox jimxi fuq pjan organizzat tajjeb minn qabel. L-aġenda tas-sessjoni plenarja tiġi stabbilità wkoll b'mod preċiż mill-Konferenza taċ-Chairmen tal-gruppi politiċi.

Fl-istess ħin, il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati (magħmula miċ-Chairmen tal-Kumitati Parlamentari kollha, kemm permanenti u kemm temporanji) tista' tressaq rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza taċ-Chairmen rigward ix-xogħol tal-Kumitati u dwar it-tfassil ta' l-aġenda.

 
 
Ix-xogħol f'sessjoni plenarja

Il-Parlament jiltaqa' f'sessjoni plenarja kull xahar (barra f'Awwissu) fi Strasburgu tul perjodu ta' sessjoni ta' erbat ijiem (mit-Tnejn sal-Ħamis). Sitt darbiet fis-sena huwa jiltaqa' wkoll fi Brussell għal jumejn (nhar ta' Erbgħa u nhar ta' Ħamis). Il-perjodu tas-sessjoni huwa wkoll maqsum f'sessjonijiet ta' ġurnata.

L-attività f'sessjoni plenarja tkun dedikata l-aktar għal diskussjonijiet u għall- votazzjonijiet. Huma biss dawk it-testi li għalihom issir votazzjoni, u dawk id-dikjarazzjonijiet bil-miktub li jkunu kisbu l-approvazzjoni tal-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament li jikkostitwixxu l-atti formali tal-Parlament Ewropew.
Dawn ikunu dwar tipi differenti ta' testi skond is-suġġett ittrattat u skond il-proċedura leġiżlattiva applikabbli:

  • ir-rapporti leġiżlattivi huma t-testi li jittratta l-Parlament fi ħdan proċeduri leġiżlattivi differenti tal-Komunità: kodeċiżjoni, kunsens u konsultazzjoni. Hija biss il-proċedura ta' kodeċiżjoni li tagħti lill-Parlament irwol indaqs ta' l-leġiżlatur vis à vis l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Ċerti rapporti Parlamentari għandhom għalhekk aktar "saħħa" leġiżlattiva minn oħrajn.
  • Il-proċedura tal-baġit: Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea jikkostitwixxu l-awtorità tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea li kull sena tiddetermina l-infiq u d-dħul ta' l-Unjoni.
  • Ir-rapporti mhux leġiżlattivi isiru mill-Parlament fuq inizjattiva proprja tal-Kumitati parlamentari kompetenti. Għall-adozzjoni ta' dawn it-testi l-Parlament jikkonsulta lill-istituzzjonijiet u lill-organizzazzjonijiet oħrajn Ewropej, lill-gvernijiet nazzjonali, inklużi pajjiżi terzi, sabiex tinġibed l-attenzjoni fuq suġġetti speċifiċi u sabiex ikun hemm reazzjoni dwarhom. Għalkemm dawn l-inizjattivi m'għandhomx saħħa legiżlattiva, huma għandhom madankollu leġiitimità parlamentari li kapaċi tħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel proposti dwarhom.

Matul is-sessjoni plenarja, il-Parlament jista' jiddeċiedi li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kwalunkwe suġġet li jidhirlu li hu importanti. Huwa jista' jitlob ukoll lill-Kummissjoni sabiex tissottometti proposti relevanti dwar kwistjonijiet li jidhirlu li jeħtieġ li jitfassal att tal-Komunità dwarhom. Barra minn hekk, is-sessjoni talloka ħin biex isiru mistoqsijiet lill-Kunsill u/jew lill-Kummissjoni.. Ġeneralment, il-ħin għall-mistqosijiet għall-Kummissjoni jkun nhar ta' Tlieta u dak għall-Kunsill, nhar ta' Erbgħa. Il-mistoqsijiet ikunu jridu l-ewwel jitressqu bil-miktub lill-President tal-Parlament li jiddeċiedi jekk ikunux ammissibbli.

Il-programm annwali tax-xogħol tal-Parlament jiġi stabbilit kull sena fis-sessjoni plenarja, ġeneralment fix-xahar ta Ġunju, fuq proposta tal-Konferenza taċ-Chairmen tal-gruppi politiċi. Il-programm jindika wkoll il-ġimgħat meta jiltaqgħu l-kumitati Parlamentari u l-kumitati tal-gruppi politiċi. L-aġenda ta' sessjoni plenarja tindika jekk id-dikjarazzjonijiet u l-mistoqsijiet orali tal-Kummissjoni u tal-Kunsill Ewropew ikunx se jittieħed vot għal proposta ta' riżoluzzjoni dwarhom. Id-dibattiti dwar każijiet ta' vjolazzjonijiet ta' - fost materji oħrajn - id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija jew ta' l-Istat tad-Dritt jistgħu wkoll iwasslu biex isiru proposti għal riżoluzzjonijiet. Dawn it-testi jitressqu wkoll minn kumitati, gruppi politiċi jew minn talanqas erbgħin Membru Parlamentari flimkien.

Il-minuti ta' kull sessjoni huma d-dokumenti li jagħtu rendikont ta' l-iżvolġiment tas-seduti partikolari u ta' l-attività li tkun saret fihom (dokumenti mressqa, diskussjonijiet, votazzjonijiet, spjegazzjoni ta' voti, nominazzjonijiet, eċċ...). Ir-riżultati tal-votazzjonijiet jiġu meħmuża wkoll mal-minuti.

 
 
Kif jiżvolġi x-xogħol f'sessjoni plenarja
Qabel id-deċiżjoni - Ħin għad-diskussjoni.

Rapport parlamentari li jitressaq għall-votazzjoni ġeneralment ikun sar dibattitu dwaru li fih ħadu sehem il-Kummissjoni, il-gruppi politiċi u l-Membri Parlamentari.

Il-ħin meta jistgħu jitkellmu l-Membri Parlamentari bosta drabi jkun qasir ħafna u jiddependi min-numru ta' Membri li jitolbu biex jitkellmu.

Filwaqt li l-votazzjonijiet jieħdu ftit ħin, id-diskussjonijiet idumu sigħat twal u t-tul jiddependi min-numru ta' Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu intervent. Il-Membri Parlamentari bosta drabi jitkellmu bil-lingwa tagħhom stess għaliex l-intervent tagħhom jiġi tradott fl-istess waqt fil-lingwi l-offra uffiċjali ta' l-Unjoni minn interpreti tas-sessjoni.

Fil-Kamra, il-ħin għad-diskorsi jitqassam skond dawn il-kriterji: l-ewwel parti tinqasam indaqs bejn il-gruppi politiċi u l-parti oħra tinqasam prorata skond it-total tal-Membri Parlamentari. Il-Membri Parlamentari li jitolbu biex jitkellmu jitniżżlu fuq lista ta' kelliema fl-ordni tad-daqs tal-grupp tagħhom. Madankollu, tista' tingħata prijorità lir-rapporteurs tal-kumitati kompetenti u tal-kumitati li jkunu ntalbu jagħtu pariri.

Il-Membri Parlamentari jilqgħu wkoll fil-Kamra għadd ta' personalitajiet, fost dawn il-kapijiet ta' stati li ġeneralment jintlaqgħu f'seduta uffiċjali.

12-il siegħa: maratona ta' votazzjonijiet

Il-votazzjonijiet ġeneralement isiru għall-ħabta ta' nofsinhar. Hawnhekk il-pass ikun irid ikun tassew imħarrek għaliex kultant il-Membri Parlamentari jkollhom jivvutaw għal mijiet ta' emendi.

Waqt il-votazzjoni għal rapport Parlamentari jew għal riżoluzzjoni, il-Membri Parlamentari jistgħu jimmodifikaw test li jitressaq quddiemhom permezz ta' emendi. Dawn jistgħu jkollhom l-iskop li jħassru, jirriformulaw, jibdlu jew itejbu l-kontenut ta' test li jkun qed jiġi eżaminat. Il-Membri Parlamentari jivvutaw l-ewwel għal kull emenda individwali u wara jivvutaw fuq it-test integrali kif ikun ġie emendat.

Il-Membri Parlamentari l-aktar li jivvutaw huwa b'turija ta' l-idejn waqt li l-President jivverifika jekk tinkisebx il-maġġoranza. F'każ ta' dubju, il-President jitlob li ssir votazzjoni elettronika biex jinkiseb riżultat aktar preċiż. Il-Membri Parlamentari jistgħu jintalbu jivvutaw b'sejħa ta' l-ismijiet jekk dan jintalab lejlet il-votazzjoni minn grupp politiku jew minn talanqas erbgħin Membru Parlamentari. F'dan il-każ, il-vot individwali ta' kull Membru jiġi reġistrat sabiex wara jiġi mxandar u mehmuż mal-minuti, sakemm ma jintalabax ukoll li l-vot ikun sigriet.

Fis-sessjoni plenarja l-Parlament Ewropew ġeneralemnt jeżiġi li tinkiseb l-maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa. Il-kworum (in-numru minimu ta' Membri Parlamentari li jridu jkunu preżenti sabiex il-votazzjoni tkun valida) jintlaħaq meta terz tal-Membri Parlamentari jkunu preżenti fil-Kamra. Jekk fuq talba ta' talanqas erbgħin Membru Parlamentari l-President jiddetermina li dan mhux il-każ, il-votazzjoni titħalla għas-seduta li jkun imiss.

Il-Kummissjoni tista' tagħti reazzjoni għar-riżultat tal-votazzjoni u tressaq il-konklużjonijiet tagħha. Wara li jintemm il-perjodu tal-votazzjoni, dawk il-Membri Parlamentari li jkunu jixtiequ jagħmlu dan, jistgħu jitolbu li jitkellmu biex jagħtu spjegazzjoni tal-votu l-analiżi tagħhom, kif ukoll biex jispjegaw l-għażla tagħhom jew dik tal-grupp tagħhom.

 
 
 
 
Tools