Pubblikazzjonijiet

 

Flimkien mal-ħidma tagħha ta' organizzazzjoni, ikklassifikar u deskrizzjoni tad-dokumenti fl-arkivji tal-Parlament Ewropew, l-Arkivji Storiċi jħejju studji u jippubblikaw fuljetti biex jipprovdu tagħrif aktar dettaljat tal-aspetti tal-istorja tal-Unjoni Ewropea.

 
 
Studji u fuljetti

L-Arkivji Storiċi ilhom mill-2007 jipproduċu studji li jiġu ppubblikati kull sitt xhur. L-istudji huma intenzjonati biex jevidenzjaw il-valur tad-dokumentazzjoni storika tal-Parlament Ewropew u jistgħu jinkisbu kopji stampati f'verżjonijiet tal-lingwi differenti (skont id-disponibbiltà).

Il-Premju Sakharov: 25 sena - il-Parlament Ewropew għal-libertà tal-ispirtu (nru 11 - 2013)

F'Novembru 2013, il-Parlament Ewropew iċċelebra l-25 anniversarju tal-Premju Sakharov għal-libertà tal-ispirtu. Sabiex ifakkar dan il-mument storiku, iċ-Ċentru tal-Arkivji u Dokumentazzjoni (Cardoc) tal-Parlament Ewropew ippubblika xogħol bit-titolu "Il-Premju Sakharov: 25 sena - il-Parlament Ewropew għal-libertà tal-ispirtu". Din l-edizzjoni tal-Faxxikli tal-Cardoc issegwi l-istorja tal-Premju Sakharov, bil-kandidati u r-rebbieħa tiegħu, minn mindu nħoloq sal-ġurnata tal-lum.

Opportunitajiet indaqs: il-Kumitati għad-Drittijiet tan-Nisa 1979-1999 (nru 10 - 2013)

Dan in-numru tal-Faxxikli tal-Cardoc imur lura fiż-żmien u jagħmel rassenja tal-ewwel żewġ deċennji ta' ħidma tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa li kkontribwixxa bil-kbir għat-tfassil u għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tal-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.

Ewropa tad-Drittijiet: storja tal-Karta Ewropea (nru 9 – 2012)

Ħames snin ilu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali saret operattiva b'mod sħiħ; dan l-istudju jagħti ħarsa lura lejn il-ġrajjiet ewlenin fl-istorja tal-Karta u jispjega r-rwol ewlieni tagħha fil-ħarsien tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE.

It-triq it-twila lejn l-euro (nru 8 - 2012)

It-8 numru tas-sensiela tal-Faxxikli tal-CARDOC, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew jiċċelebra l-għaxar anniversarju tal-euro (2011), jerġa' jipperkorri t-triq li wasslet għall-ħolqien tal-munita unika. Dan l-istudju jippermetti li jinftiehem aħjar il-proċess twil lejn l-integrazzjoni monetarja iżda jista' wkoll jikkontribwixxi għal perċezzjoni aħjar tal-qagħda attwali li magħha l-munita Ewropea qiegħda tħabbat wiċċha.

Repertorju metodiku u diġitali tal-korpi parlamentari responsabbli mill-kooperazzjoni għall-iżvilupp (AKP) - Mill-Prekonvenzjoni għal Lomé I (1958-1980) (ħarġa speċjali - 2011)

Din l-edizzjoni speċjali hija strument ta' riċerka li għandu l-għan li jippreżenta, b'mod strutturat, l-analiżi u d-deskrizzjoni tal-fondi tal-korpi parlamentari għall-koperazzjoni għall-iżvilupp, fil-qasam tal-pajjiżi AKP. Din il-pubblikazzjoni tikkombina fl-istess waqt approċċ storiku u arkivista, u tiddeskrivi l-oriġini tal-kollaborazzjoni bejn ir-rappreżentanti eletti tal-Komunità u l-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku.

Il-Kumitati għall-Iżvilupp (nru 7 - 2010)

Din il-biċċa xogħol tkopri l-politika tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-iżvilupp, permezz ta' diversi forom ta' assoċjazzjoni u ta' koperazzjoni, mil-lenti tal-ħidma tal-kumitati parlamentari responsabbli, waqt il-perjodu 1958 - 1999.

Mid-Dikjarazzjoni Schuman għat-twelid tal-KEFA: ir-rwol ta' Jean Monnet (nru 6 - 2010)

L-istudju huwa maħsub biex jiċċelebra s-sittin anniversarju tad-Dikjarazzjoni Schuman li ġiet iffirmata fis-Salon de l'Horloge u biex jagħti omaġġ lil Jean Monnet, l-ewwel President tal-Awtorità Għolja tal-KEFA, li kien l-ispirazzjoni tagħha.

Il-Parlament Ewropew u l-unifikazzjoni tal-Ġermanja (nru 5 - 2009)

Dan ix-xogħol huwa maħsub biex ifakkar l-avvenimenti li ġraw wara l-waqgħa tal-ħajt ta' Berlin u li akkumpanjaw il-proċess tal-unifikazzjoni Ġermaniża, kif ukoll l-inizjattivi politiċi tal-Parlament Ewropew fil-kuntest ta' dan il-proċess.

Iċ-ċittadini jirrikorru għall-Parlament Ewropew (nru 4 - 2009)

L-istudju jillustra attività tal-Parlament, li tista' titqies sekondarja, iżda li hi sinifikanti billi tressaq l-Istituzzjoni lejn il-problemi konkreti taċ-ċittadin fir-relazzjonijiet tiegħu mal-amministrazzjonijiet pubbliċi fl-oqsma tal-kompetenza Komunitarja.

It-triq lejn l-elezzjonijiet diretti tal-Parlament Ewropew (edizzjoni speċjali - 2009)

L-istudju juri l-inizjattivi meħuda mill-Parlament Ewropew u, qabel mill-Assemblea Konġunta tal-KEFA, biex wasalna għall-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament.Dawn l-isforzi sa fl-aħħar wasslu għall-adozzjoni ta' att tal-Kunsill li fis-sustanza tiegħu ġabar it-test propost mill-Parlament Ewropew.

Il-Kumitati tal-Assemblea Komuni (nru 3 - 2008)

L-istudju jippreżenta l-ħidma tal-kumitati tal-Assemblea Konġunta tal-KEFA (1952-1958).Għal kull kumitat hemm tliet tabelli mehmuża:il-kompożizzjoni tal-kumitat (bil-modifiki), il-lista tal-minuti u l-lista tar-rapporti.

Il-Parlament Ewropew 50 sena ilu (Nru 2 - 2008)

Il-Parlament Ewropew fl-2008 ċċelebra l-50 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Iċ-ċelebrazzjonijiet inkludew il-pubblikazzjoni ta' xogħol, intitolat 'Il-Parlament Ewropew 50 sena ilu', li jagħti ħarsa lejn l-istruttura tal-Assemblea Parlamentari mwaqqfa mit-Trattati ta' Ruma u jiddeskrivi l-ewwel attivitajiet tiegħu.

Il-Parlament Ewropew u x-xogħlijiet tal-Konvenzjoni Ewropea (nru 1 – 2007)

Dan l-istudju, b'introduzzjoni mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, flimkien ma' lista tal-membri tad-delegazzjoni tal-PE u r-ritratti tal-membri kollha kif ukoll kwotazzjonijiet ewlenin tagħhom, jippreżenta x-xogħol li sar mill-Konvenzjoni Ewropea li wasslet għall-Konferenza Intergovernattiva.

Lejn Parlament uniku (edizzjoni speċjali – 2007)

Dan l-istudju, b'introduzzjoni mill-President u mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, jagħti ħarsa lejn il-pożizzjonijiet meħuda mill-Assemblea Komuni tal-KEFA dwar in-negozjati li wasslu għall-iffirmar tat-Trattati ta' Ruma (it-Trattat KEE u t-Trattat Euratom). Ħafna mid-dokumenti meħmuża qatt ma kienu ppubblikati qabel.

 
 
 
 
Tools
 
 
Kuntatti
 
  • Arkivji storiċi
  • Bâtiment Robert Schuman
    Place de l'Europe
    L-2929 Luxembourg

  • 00352 4300 27561
    00352 4300 24639
    00352 4300 23036


  • mit-Tnejn sal-Ħamis: mid-9.30 sal-17.30
  • Il-Ġimgħa: mid-9.30 san-12.30