Il-Konferenza tal-Presidenti hi l-entità politika fil-Parlament responsabbli għal:
Il-Konferenza tal-Presidenti tipprepara l-kalendarju tal-Parlament u l-aġendi għas-seduti plenarji u talloka s-siġġijiet fil-Kamra.
Il-Konferenza tal-Presidenti tikkonsisti mill-President tal-Parlament u ċ-chairpersons tal-grupp politiċi.
Rappreżentant wieħed tal-Membri mhux affiljati wkoll għandhom post fil-Konferenza tal-Presidenti imma m'għandhomx dritt għall-vot.
Id-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti jittieħdu permezz ta' kunsens jew ta' votazzjoni fejn il-voti jingħataw piż skond in-numru ta' Membri f'kull grupp politiku.
Id-dmirijiet tal-Konferenza talPresidenti huma stipulati fir-Regoli ta' Proċedura.
Torganizza l-ħidma tal-Parlament Ewropew u l-entitajiet tiegħu.
Tiġi konsultata dwar il-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-ippjanar leġiżlattiv u r-relazzjonijiet ma' l-entitajiet u l-istituzzjonijiet l-oħra ta' l-UE.
Il-Konferenza tal-Presidenti ġeneralment tiltaqa' darbtejn fix-xahar. Il-laqgħat tagħha m'humiex pubbliċi.
Il-minuti tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali, stampati u mqassma lill-Membri.
Kwalunkwe Membru jista' jsaqsi dwar l-attivitajiet tal-Konferenza tal-Presidenti.
Din tagħti l-opportunità lill-Membri biex, barra mis-seduti plenarja, jagħmlu skambju ta' opinjonijiet ma' mistieden jew jiksbu informazzjoni minn qabel dwar proposti tal-Kummissjoni.
Il-Bureau hu l-entità li tistabbilixxi r-regoli għall-Parlament.
Ifassal l-abbozz preliminari tal-baġit tal-Parlament u jiddeċiedi l-affarijiet amministrattivi u organizzazzjonali u dawk relatati ma' l-istaff.
Il-Bureau jikkonsisti mill-President tal-Parlament Ewropew, l-14-il Viċi President u ħames kwesturi eletti mill-Parlament għal perjodu ta' sentejn u nofs (li jista' jiġġedded). Waqt id-deliberazzjonijiet tal-Bureau, jekk il-voti jkunu indaqs, il-President għandu l-vot deċiżiv. Il-Kwesturi huma membri tal-Bureau f'kapaċità konsultattiva.
Il-Bureau għandu diversi dmirijiet amministrattivi u finanzjarji fil-Parlament.
Huwa responsabbli għall-affarijiet kollha relatati mat-tħaddim intern tal-Parlament.
Jieħu deċiżjonijiet dwar l-organizzazzjoni ta' seduti, jista' jawtorizza laqgħat ta' kumitati jew delegazzjonijiet barra mit-tliet postijiet normali tax-xogħol, u jħejji l-abbozz preliminari ta' l-estimi tan-nefqa tal-Parlament.
Jaħtar lis-Segretarju Ġenerali li hu responsabbli għat-tħaddim ta' l-amministrazzjoni tal-Parlament u jistabilixxi l-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tas-Segretarjat.
Ġeneralment il-Bureau jiltaqa' darbtejn fix-xahar.
Il-minuti tal-Bureau jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha, stampat u mqassam lill-Membri kollha.
Kwalunkwe Membru jista' jsaqsi dwar l-attivitajiet tal-Bureau.
Il-Bureau jiddeċiedi dwar il-fondi għall-partiti politiċi rappreżentati fil-Parlament Ewropew.
Il-Kulleġġ tal-Kwesturi huwa l-entità tal-Parlament Ewropew li hi responsabbli għall-kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji li jolqtu direttament lill-Membri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Hemm ħames Kwesturi. Huma wkoll membri tal-Bureau.
Il-Parlament Ewropew jivvota għall-Kwesturi wara l-elezzjoni tal-President u l-14-il Viċi President.
Il-Kwesturi jiġu eletti permezz ta' votazzjoni sigrieta b'maġġoranza fi tliet votazzjonijiet: għall-ewwel żewġ votazzjonijiet hemm bżonn maġġoranza assoluta tal-voti mixħuta waqt li għall-aħħar votazzjoni maġġoranza relattiva hija biżżejjed.
Iż-żmien tagħhom fil-kariga hu ta' sentejn u nofs u għandhom irwol konsultattiv fil-Bureau.
Il-Kwesturi huma responsabbli għall-kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji li jaffetwaw lill-Membri direttament, pereżempju biex ipoġġu servizzi u tagħmir ġenerali għad-dispożizzjoni tagħhom.
Jistgħu jippreżentaw proposti biex jiġu modifikati jew imfassla mill-ġdid it-testi dwar ir-regoli kollha adottati mill-Bureau.
Ġeneralment il-Kwesturi jiltaqgħu darba fix-xahar.
Kwalunkwe Membru jista' jsaqsi dwar l-attivitajiet tal-Kwesturi.
Il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati hija l-entità politika fil-Parlament li taħdem għal koperazzjoni aħjar bejn il-kumitati.
Il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati tikkonsisti miċ-chairmen tal-kumitati permanenti u temporanji kollha; teleġġi ċ-chairman tagħha. Il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati ġeneralment tiltaqa' darba fix-xahar fi Strasburgu waqt is-seduti plenarji.
Il-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar il-ħidma tal-kumitati u l-aġendi għas-seduti plenarji.
Tista' wkoll tagħti pariri lill-Konferenza tal-Presidenti jekk ikun hemm nuqqas ta' qbil dwar liema kumitat għandu jkun responsabbli.
Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jiddelegaw ċertu xogħlijiet lill-Konferenza taċ-Chairmen tal-Kumitati.
Il-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet hija l-entità politika fil-Parlament li regolarment teżamina l-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw it-tħaddim sew tad-delegazzjonijiet interparlamentari u d-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti.
Il-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet tikkonsisti miċ-chairmen tad-delegazzjonijiet interparlamentari permanenti kollha; teleġġi ċ-chairman tagħha.
Il-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar il-ħidma tad-delegazzjonijiet.
Il-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet tfassal abbozz ta' kalendarju annwali għal-laqgħat interparlamentari u l-laqgħat tal-kumitati parlamentari konġunti.
Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jiddelegaw ċertu xogħlijiet lill-Konferenza taċ-Chairmen tad-Delegazzjonijiet.