Reklutaġġ

 

Il-Parlament Ewropew jimpjiega globalment madwar 6000 uffiċjal u aġenti oħra li jiġu mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea.

 
 
Kif tista' ssir Uffiċjal Komunitarju?

Il-Parlament Ewropew, bħall-Istituzzjonijiet l-oħra kollha, jimpjiega l-impjegati permezz ta' kompetizzjoni. Jeżistu tipi diversi ta' kompetizzjonijiet għal kull livell, li jippermettu liċ-ċittadini japplikaw għal karigi differenti bħala amministraturi, avukati-lingwisti, interpreti, tradutturi, assistenti, segretarji, aġenti kwalifikati...

L-avviżi tal-kompetizzjonijiet jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali (ĠU) ta' l-Unjoni Ewropea u fil-gazzetti nazzjonali. Biex tikseb informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-kompetizzjonijiet u dwar il-kalendarju proviżorju, tista' tikkonsulta l-Uffiċċju Ewropew tas-Selezzjoni ta' l-Istaff (EPSO).

Id-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw ix-xogħol pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea huma ddefiniti fir-Regolament ta' l-istatut ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Ikkonsulta:
 
 
 
Tools