Biex jikkontribwixxi għat-taħriġ professjonali taċ-ċittadini u biex jippermettilhom li jiffamiljarizzaw irwieħhom ma' kif jaħdem il-Parlament Ewropew, il-Parlament joffri għadd ta' possibilitajiet ta' 'traineeships', kif ukoll żjarat ta' studju fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali.
Il-Parlament Ewropew jipproponi 'traineeships' differenti bi ħlas jew bla ħlas: 'traineeships' ġenerali, 'traineeships' fil-ġurnaliżmu u 'traineeships' fit-traduzzjoni.
F'każ ta' applikazzjoni online, għandek massimu ta' 30 minuta għad-dispożizzjoni tiegħek biex timla kull paġna.
It-'Traineeships' bi hlas huma riservati ghal gradwati jew dawk li ghandhom livell ta' studju ekwivalenti. L-objettiv taghhom huwa li jippermettilhom li jwessghu t-taghrif li huma jkunu akkwistaw waqt l-istudji taghhom u biex jiffamiljarizzaw irwiehhom ma' l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari ma' dawk tal-Parlament Ewropew.
It-'Traineeships' bi hlas huma:
Il-kandidati ghat-'traineeships' generali Robert Schuman, ghandhom jaghtu prova li jkunu hejjew kitba f'livell ta' diploma universitarja jew xi xoghol sostanzjali miktub ghal pubblikazzjoni xjentifika. Wiehed minn dawn it-'Traineeships' bl-isem 'Bourse Chris Piening', jista' jinghata lill-kandidat li xoghlu jkun iddedikat partikularment ghar-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti.
Il-kandidati ghat-'Traineeship fil-gurnalizmu Robert Schuman, ghandu jkollhom kompetenza professjonali ppruvata permezz ta' pubblikazzjonijiet, jew permezz ta' kitbiet gurnalistici f'xi pajjiz Membru ta' l-Unjoni Ewropea, formazzjoni gurnalistika rikonoxxuta fil-pajjizi membri ta' l-Unjoni Ewropea jew fil-pajjizi kandidati ghas-shubija ma' l-Unjoni Ewropea.
It-'traineeships' bi hlas huma ghal perjodu ta' hames xhur.
|
Id-dati tal-bidu tat-'traineeships' u d-dati sa meta jigu milqugha l-applikazzjonijiet ghall-kandidaturi
|
|
| Bidu ta' 'Traineeships' |
Data ta' l-applikazzjoni
|
| l-1 ta' Marzu |
mill-15 ta' Awissu sal-15 ta' Ottubru f'nofs il-lejl
|
| l-1 ta' Ottubru |
mill-15 ta' Marzu sal-15 ta' Mejju f'nofs il-lejl
|
Nissuggerulkom li ma tistennewx sa' l-ahhar gurnata biex tapplikaw sabiex tkun evitata s-saturazzjoni tas-sistema, minhabba n-numru kbir ta' applikazzjonijiet.
Ghal min hu interessat fi 'Traineeships' bi hlas, nitolbukom taqraw sew r-Regolamenti Interni relatati mat-'Traineeships'.
Nixtiequ nigbdulkom l-attenzjoni ghall-kundizzjonijiet tad-dhul. Il-kandidati li jigu maghzula, jigu mitluba d-dokumenti li gejjin bhala gustifikazzjonijiet:
F'dan l-istadju mhuwiex necessarju li tintbaghat id-dokumentazzjoni tal-kwalifiki. Dawn id-dokumenti jigu mitluba meta tkunu offruti 'traineeship'.
Il-kandidati li jkunu offruti 'traineeship' ma jithallewx jibdew jekk ma jipprezentawx id-dokumentazzjoni mitluba lilhom u msemmija hawn fuq.
Jekk tissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dhul, jekk joghgobkom imlew l-applikazzjoni 'online'
Nixtiequ ninfurmawkom li jekk thallu l-applikazzjoni inattiva ghal 30 minuta l-informazzjoni moghtija tintilef. Ghalhekk naghtukom parir sabiex qabel ma timlew din l-applikazzjoni, taqraw tajjeb "Ir-regolamenti interni relatati mat-'traineeships' u zjarat ta' studju fis-Segretarjat Generali tal-Parlament Ewropew".
L-applikazzjoni ma tkunx tista' tinbidel 'online' u trid titwettaq fi stadju wiehed. Kopja li tista' tigi stampata tal-mudelli ta' l-applikazzjonijiet ghall-'traineeships' bi hlas jew bla hlas hija disponibbli biex tghinkom tippreparaw id-dokument taghkom qabel l-applikazzjoni 'online'.
Wara li timla l-applikazzjoni, jekk jogħġbok stampa s-sommarju u aċċerta ruħek li m'hemm xejn nieqes qabel ma tibgħat l-applikazzjoni tiegħek.
NB: Kull applikazzjoni li ma tkunx kompluta tiġi rrifjutata awtomatikament.
Ladarba tkun ikkonfermajt/bgħatt l-applikazzjoni online, fl-indirizz tiegħek tal-posta elettronika tirċievi messaġġ awtomatiku ta' konferma. Il-messaġġ ikun fih numru ta' konferma li għandek tikkwotah f'kull korrispondenza eventwali dwar it-traineeship, flimkien mal-link għas-sommarju tal-applikazzjoni tiegħek fil-format pdf, li, jekk noffrulek traineeship, tintalab verżjoni stampata tiegħu.
Il-Parlament Ewropew joffri lill-gradwati żgħażagħ jew dawk li jkunu spiċċaw ċertifikat post-sekondarju li jikkorrispondi għal livell ta' edukazzjoni li jippermettilek tibda studji universitarji jew tekniċi ekwivalenti l-possibilità li jagħmlu 'traineeship' prattiku bla ħlas. Dawn it-'traineeships ikunu riservati bi prijorità għal żgħażagħ li mistennija jagħmluhom bħala parti mill-formazzjoni tagħhom.
It-'traineeship' għandu jkun meħtieġ għal:
It-tul tat-'traineeships' bla ħlas huwa ta' erba' xhur b'possibilità ta' deroga.
|
Dati tal-bidu u skadenzi għall-wasla tal-applikazzjonijiet għal traineeships mhux obbligatorji |
|
| Bidu ta' 'Traineeships' (mass. 4 xhur) | Perjodu ta' applikazzjoni |
| 1 ta’ Jannar | mill-1 ta' Awwissu sal-1 ta' Ottubru |
| 1 ta’ Mejju | mill-1 ta' Diċembru sal-1 ta' Frar |
| 1 ta’ Settembru | mill-1 ta' April sal-1 ta' Ġunju |
|
Dati tal-bidu u skadenzi għall-wasla tal-applikazzjonijiet għal traineeships obbligatorji | |
| Bidu tat-traineeship | Skadenza għall-wasla tal-applikazzjoni |
| bejn l-1 ta' Jannar u t-30 ta' April | l-1 ta' Ottubru |
| bejn l-1 ta' Mejju u l-31 ta' Awwissu | l-1 ta' Frar |
| bejn l-1 ta' Settembru u l-31 ta' Diċembru | l-1 ta' Ġunju |
Nissuġġerulkom li ma tistennewx sa' l-aħħar ġurnata biex tapplikaw sabiex tkun evitata s-saturazzjoni tas-sistema, minħabba n-numru kbir ta' applikazzjonijiet.
Għal min hu interessat fi 'Traineeships' bla ħlas, nitolbukom taqraw sew ir-Regolamenti Interni relatati mat-'Traineeships'.
Nixtiequ niġbdulkom l-attenzjoni għall-kundizzjonijiet tad-dħul. Il-kandidati li jkunu magħżula, se jiġu mitluba d-dokumenti li ġejjin bħala ġustifikazzjonijiet:
F'dan l-istadju mhuwiex neċessarju li jintbagħatu dokumentazzjoni tal-kwalifiki.
Il-kandidati li jiġu offruti 'traineeship' ma jitħallewx jibdew jekk ma jippreżentawx id-dokumentazzjoni kompluta mitluba lilhom fl-ittra ta' l-offerta.
Jekk tissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' dħul, jekk jogħġobkom imlew l-applikazzjoni 'online'
Nixtiequ ninfurmawkom li jekk tħallu l-applikazzjoni inattiva għal 30 minuta l-informazzjoni mogħtija tintilef. Għalhekk nagħtukom parir sabiex qabel ma timlew din l-applikazzjoni, taqraw tajjeb "Ir-regolamenti interni relatati mat-'traineeships' u żjarat ta' studju fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew".
L-applikazzjoni ma tkunx tista' tinbidel 'online' u trid titwettaq fi stadju wieħed. Kopja li tista' tiġi stampata tal-mudelli ta' l-applikazzjonijiet għal-'traineeships' bi ħlas jew bla ħlas hija disponibbli biex tgħinkom tippreparaw id-dokument tagħkom qabel l-applikazzjoni 'online'.
Wara li timla l-applikazzjoni, jekk jogħġbok stampa s-sommarju u aċċerta ruħek li m'hemm xejn nieqes qabel ma tibgħat l-applikazzjoni tiegħek.
NB: Kull applikazzjoni li ma tkunx kompluta tiġi rrifjutata awtomatikament.
Ladarba tkun ikkonfermajt/bgħatt l-applikazzjoni online, fl-indirizz tiegħek tal-posta elettronika tirċievi messaġġ awtomatiku ta' konferma. Il-messaġġ ikun fih numru ta' konferma li għandek tikkwotah f'kull korrispondenza eventwali dwar it-traineeship, flimkien mal-link għas-sommarju tal-applikazzjoni tiegħek fil-format pdf, li, jekk noffrulek traineeship, tintalab verżjoni stampata tiegħu.
Il-Parlament Ewropew irawwem l-ugwaljanza ta’ l-opportunitajiet u jħeġġeġ nisa u rġiel b’diżabilità biex japplikaw għat-traineeships tiegħu. Fl-2006, bħal miżura ta’ azzjoni pożittiva, il-Parlament Ewropew nieda traineeship speċifiku għal nies b’diżabilità.
Il-Parlament Ewropew qiegħed joffri traineeships imħallsin lil nies b’diżabilità, bħala miżura ta’ azzjoni pożittiva maħsuba biex tgħin u tħaffef l-integrazzjoni ta’ nies b’diżabilità fil-post tax-xogħol.
Dawn it-traineeships huma miftuħin kemm għal gradwati ta’ l-universitajiet jew istituzzjonijiet ekwivalenti kif ukoll għal nies li l-kwalifiki tagħhom huma ta' livell inqas minn ta’ l-università (l-Artikolu 18 tar-Regoli Interni li jmexxu t-traineeships u ż-żjarat ta’ studju fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew li għandhom x’jaqsmu mal-kwalifiki akkademiċi meħtieġa għad-dħul f’traineeship imħallas għalhekk ma jgħoddx għal dan il-programm).
L-għan ewlieni ta' dan il-programm huwa li joffri lil numru ta' persuni b'diżabilità esperjenza ta' xogħol sinifikanti u ta' valur, kif ukoll opportunità biex isiru familjari ma' l-attivitajiet tal-Parlament Ewropew.
Traineeships imħallsin jingħataw għall-perjodu ta’ ħames xhur li ma jistgħux jiġu estiżi. Jekk jogħġbok innota li t-traineeships ma jagħtux lill-parteċipanti d-dritt ta' impjieg futur fil-Parlament Ewropew: ir-reklutaġġ ta’ l-uffiċjali jsir fuq il-bażi ta' kompetizzjonijiet organizzati mill-EPSO; l-istaff kuntrattwali jiġi mpjegat fuq il-bażi ta' sejħiet ta' espressjoni ta' interess ippubblikati mill-EPSO.
| Dati tal-bidu tal-programmi u tal-perijodi ta’ l-applikazzjonijiet | |
|
Bidu tat-traineeship
|
Perjodu ta’ l-applikazzjonijiet
|
|
1 Marzu
|
15 Awissu – 15 Ottubru (nofs il-lejl)
|
|
1 Ottubru
|
15 Marzu – 15 Mejju (nofs il-lejl)
|
Nagħtukom parir ma tistennewx sa l-aħħar jum biex tapplikaw, ħalli s-sistema ma titgħabbiex iżżejjed għax hemm għadd kbir ta’ applikanti.
L-applikanti għal dan l-programm iridu:
Jekk tingħażel, jintalbulek dawn id-dokumenti:
Jekk jogħġbok innota li m’hemmx għalfejn tibgħat dawn id-dokument meta tapplika. Id-dokumenti rilevanti l-oħrajn jintalbu jekk kemm-il darba jkun offrut it-traineeship. Jekk noffrulek traineeship, ma tiġix aċċettat jekk ma tkunx tista’ tressaq id-dokumenti msemmija hawn fuq.
Jekk inti interessat/a f’traineeship imħallas taħt din l-għażla, jekk jogħġbok aqra d-Deskrizzjoni tal-Programm ta’ traineeships għal nies b’diżabilità , ir-Regoli Interni li jmexxu t-traineeships u ż-żjajjar ta’ studju fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew u l-Informazzjoni Prattika - Brussell/Lussemburgu. Jekk jogħġbok innota li l-postijiet tat-traineeship huma prinċipalment disponibbli fi Brussell u fil-Lussemburgu, minħabba li l-Uffiċċji ta' l-Informazzjoni fl-Istati Membri jistgħu ma jkunux f'qagħda li jipprovdu adattamenti speċifiċi ta' aċċessibilità.
Jekk inti tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul, jekk jogħġbok imla l-formola ta’ l-applikazzjoni online, li tista' tħejji billi tuża l-formola kampjun pprovduta. Jekk jogħġbok innota li jekk tħalli l-formula ta’ l-applikazzjoni inattiva għal 30 minuta, id-dejta li tkun daħħalt tintilef. L-applikazzjoni trid titlesta u titressaq f’operazzjoni waħda u ma tkunx tista’ tinbidel. Wara li timla l-applikazzjoni, jekk jogħġbok stampa s-sommarju u aċċerta ruħek li m'hemm xejn nieqes qabel ma tibgħat l-applikazzjoni tiegħek.
NB: Kull applikazzjoni li ma tkunx kompluta tiġi rrifjutata awtomatikament.
Ladarba tkun ikkonfermajt/bgħatt l-applikazzjoni online, fl-indirizz tiegħek tal-posta elettronika tirċievi messaġġ awtomatiku ta' konferma. Il-messaġġ ikun fih numru ta' konferma li għandek tikkwotah f'kull korrispondenza eventwali dwar it-traineeship, flimkien mal-link għas-sommarju tal-applikazzjoni tiegħek fil-format pdf, li, jekk noffrulek traineeship, tintalab verżjoni stampata tiegħu.
Jekk tkun teħtieġ il-formula ta’ l-applikazzjoni f’format ieħor, jekk jogħġbok agħmel kuntatt ma’ l-Uffiċċju tat-Traineeships, u speċifika t-talba tiegħek (ngħidu aħna b’tipi kbira jew Braille). European Parliament
L-Uffiċċju tat-Traineeships
Kwalunkwe informazzjoni dwar id-diżabilità tiegħek se tintuża mill-Parlament Ewropew biss u esklussivament għall-għan li jiġu pprovduti l-adattamenti speċifiċi fil-post tax-xogħol u biex titħaffiflek it-tfittxija għal akkomodazzjoni, trasport u assistenza aċċessibli.
L-apprendistati bi ħlas huma riservati biss għal dawk b'lawrja universitarja jew ta' istituti ekwivalenti. L-għan tagħhom hu li jippermettilhom iżidu mat-tagħlim li jkunu kisbu fl-istudji tagħhom u jsiru aktar midħla tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, tal-Parlament Ewropew.
L-applikanti għal apprendistati bi ħlas għal tradutturi għandhom:
It-tul ta' żmien tal-apprendistati bi ħlas għat-tradutturi għandu jkun ta’ tliet xhur. Fuq bażi eċċezzjonali, l-apprendistati jistgħu jiġġeddu għal perjodu massimu ta’ tliet xhur.
| Dati meta jibdew l-apprendistati u dati ta' skadenza biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet | |
| Bidu tal-apprendistat | Skadenzi għall-applikazzjonijiet |
| l-1 ta' Jannar | mill-15 ta' Ġunju sal-15 ta' Awwissu (nofsillejl) |
| l-1 ta' April | mill-15 ta' Settembru sal-15 ta' Novembru (nofsillejl) |
| l-1 ta' Lulju | mill-15 ta' Diċembru sal-15 ta' Frar (nofsillejl) |
| l-1 ta' Ottubru | mill-15 ta' Marzu sal-15 ta' Mejju (nofsillejl) |
Fid-dawl tal-għadd konsiderevoli tga' applikazzjoni, nagħtuk parir biex ma tistenniex sal-aħħar ġurnata biex titfa' l-applikazzjoni tiegħek, sabiex is-sistema ma titgħabbiex iżżejjed.
L-apprendistati għat-tradutturi jsiru f'Lussemburgu.
Bħala gwida, fl-2011, l-ammont imħallas għal apprendistat huwa EUR 1 213.55 fix-xahar.
Jekk int interessat(a) f'apprendistat bi ħlas għat-tradutturi, jekk jogħġbok aqra b’attenzjoni r-Regolamenti interni li jirregolaw l-apprendistati għat-tradutturi.
Nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni għall-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni. Fil-każ li tintgħażel minn qabel, tkun trid tippreżenta dawn id-dokumenti bħala dokumenti ġustifikattivi:
F'dan istadju m'hemmx bżonn li jintbagħtu dawn id-dokumenti. Tintalab tipprovdi dawn id-dokumenti kemm-il darba tgħaddi mill-fażi ta' preselezzjoni.
Fil-każ li tintgħażel, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx valida sakemm ma tippreżentax id-dokumenti kollha msemmijin hawn fuq.
Jekk inti tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul, jekk jogħġbok imla l-formola tal-applikazzjoni online.
Jekk il-formola tal-applikazzjoni titħalla inattiva għal 30 minuta, l-informazzjoni li tkun daħħalt tintilef. Għalhekk nagħtuk parir li qabel ma timla din il-formola taqra b’attenzjoni r-Regolamenti interni li jirregolaw it-Apprendistati għat-tradutturi".
L-applikazzjoni ma tistax tinbidel online u trid titlesta u titressaq f’operazzjoni waħda. Kopja stampata tal-kampjun tal-formola hija disponibbli biex tgħinek tipprepara l-applikazzjoni tiegħek qabel timliha online.
NB: Żomm kopja tan-numru li se jingħatalek wara fi tmiem l-applikazzjoni online tiegħek.
Il-Parlament Ewropew joffri liż-żgħażagħ li jkollhom diploma ta' skola postsekondarja li tagħti aċċess għall-università jew lestew studji ogħla jew tekniċi ekwivalenti, l-opportunità li jidħlu għal apprendistat bla ħlas. Dan l-apprendistat huwa riservat, bħala prijorità, għal żgħażagħ li jintalbu jagħmlu apprendistat bħala parti mill-kors ta' studju tagħhom.
L-applikanti għal apprendistati bla ħlas għal tradutturi għandhom:
L-apprendistat irid ikun previst fl-ambitu ta':
It-tul ta' żmien tal-apprendistati bla ħlas għat-tradutturi għandu jkun għal perjodu ta’ bejn xahar u tliet xhur. Fuq bażi eċċezzjonali, l-apprendistati jistgħu jiġġeddu għal perjodu massimu ta’ tliet xhur.
| Dati meta jibdew l-apprendistati u dati ta' skadenza biex jintlaqgħu l-applikazzjonijiet | |
| Bidu tal-apprendistat | Skadenzi għall-applikazzjonijiet |
| l-1 ta' Jannar | mill-15 ta' Ġunju sal-15 ta' Awwissu (nofsillejl) |
| l-1 ta' April | mill-15 ta' Settembru sal-15 ta' Novembru (nofsillejl) |
| l-1 ta' Lulju | mill-15 ta' Diċembru sal-15 ta' Frar (nofsillejl) |
| l-1 ta' Ottubru | mill-15 ta' Marzu sal-15 ta' Mejju (nofsillejl) |
Fid-dawl tal-għadd konsiderevoli tga' applikazzjoni, nagħtuk parir biex ma tistenniex sal-aħħar ġurnata biex titfa' l-applikazzjoni tiegħek, sabiex is-sistema ma titgħabbiex iżżejjed.
L-apprendistati għat-tradutturi jsiru f'Lussemburgu.
Jekk inti interessat(a) f'apprendistat bla ħlas għat-tradutturi, jekk jogħġbok aqra r-Regolamenti interni li jirregolaw l-apprendisati għat-tradutturi
Nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni għall-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni. Fil-każ li tintgħażel minn qabel, tkun trid tippreżenta dawn id-dokumenti bħala dokumenti ġustifikattivi:
F'dan istadju m'hemmx bżonn li jintbagħtu dawn id-dokumenti. Tintalab tipprovdi dawn id-dokumenti kemm-il darba tgħaddi mill-fażi ta' preselezzjoni.
Fil-każ li tintgħażel, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx valida sakemm ma tippreżentax id-dokumenti kollha msemmijin hawn fuq.
Jekk inti tissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul, jekk jogħġbok imla l-formola tal-applikazzjoni online.
Jekk il-formola tal-applikazzjoni titħalla inattiva għal 30 minuta, l-informazzjoni li tkun daħħalt tintilef. Għalhekk nagħtuk parir li qabel ma timla din il-formola taqra b’attenzjoni r-Regolamenti interni li jirregolaw l-apprendistati għat-tradutturi".
L-applikazzjoni ma tistax tinbidel online u trid titlesta u titressaq f’operazzjoni waħda. Kopja stampata tal-kampjun tal-formola hija disponibbli biex tgħinek tipprepara l-applikazzjoni tiegħek qabel timliha online.
N.B: Żomm kopja tan-numru li se jingħatalek wara t-tmiem tal-applikazzjoni online tiegħek.
Id-Direttorat ta’ l-Interpretazzjoni tal-Parlament Ewropew ma jipprovdix taħriġ bażiku lil-lingwisti li jkunu jridu jispeċjalizzaw fl-interpretar tal-konferenzi, peress li skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, dan huwa r-responsabiltà ta' l-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri.
Jekk diġà għandek kwalifika fl-interpretar tal-konferenzi u taf taħlita ta’ lingwi li huma rilevanti għall-istituzzjoni, mela għandek tikkunsidra li tapplika għal test ta’ akkreditament jew għal kompetizzjoni miftuħa (ara Interpretar għall-Ewropa).
Jekk tinteressak karriera bħala interpretu tal-konferenzi, iżda għadek m’intix kwalifikat, numru ta’ universitajiet fl-Ewropa joffru korsijiet li jwasslu għal kwalifika fit-traduzzjoni u fl-interpretar. Biex tikseb lista ta’ l-universitajiet li joffru korsijiet fuq bażi full-time mur fuq din il-link.
Għaldaqstant, jekk diġà għandek lawrja fi kwalunkwe qasam, iżda xorta waħda tixtieq titħarreġ biex issir interpretu tal-konferenzi, jista’ jinteressak il-fatt li dan il— «Master Ewropew» huwa offrut minn numru ta' istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla.
Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntatjaw l-uffiċċju responsabbli skond in-natura ta' 'traineeship' li tinteressak, wara li tkun qrajt sewwa r-regolamenti: