Il-Membri tal-Parlament Ewropew jinġabru fi gruppi politiċi – m'humiex mqassma skond in-nazzjonalità tagħhom, imma skond l-affiljazzjoni politika tagħhom. Bħalissa hemm 7 gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew.
Kull grupp jieħu ħsieb l-organizzazzjoni interna tiegħu billi jaħtar 'chairperson' (jew żewġ 'co-chairpersons' fil-każ ta' ċertu gruppi), bureau u segretarjat.
Il-postitjiet assenjati lill-Membri fil-Kamra huma magħzula skond l-affiljazzjoni politika, mix-xellug għall-lemin, bi ftehim maċ-'chairperson' tal-grupp.
Biex jkun iffurmat grupp politiku hemm bżonn mill-inqas 25-il Membru, u fil-grupp jridu jkunu rappreżentati mhux inqas minn kwart tal-Istati Membri. Membru ma jistax jkun f'iktar minn grupp politiku wieħed fl-istess ħin.
Xi membri ma jagħmlux parti minn l-ebda grupp politiku. Dawn jissejħu Membri mhux affiljati.
Qabel kull votazzjoni fil-plenarja, il-gruppi politiċi jiflu bir-reqqa r-rapporti mfassla mill-kumitati parlamentari u jressqu l-emendi għalihom.
Il-pożiżżjoni adottata mill-grupp politiku tiġi definita permezz ta' diskussjoni fi ħdan il-grupp. L-ebda Membru ma jista' jkun mġiegħel jivvota b'mod partikulari.