Setgħa leġiżlattiva

 
Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja

Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja tagħti l-istess importanza kemm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'firxa wiesgħa ta' oqsma (pereżempju, il-governanza ekonomija, l-immigrazzjoni, l-enerġija, it-trasport, l-ambjent u l-ħarsien tal-konsumatur). Il-biċċa l-kbira tal-liġijiet Ewropej huma adottati b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

 
Infografija: Il-proċedura leġiżlattiva ordinarja   Ikklikkja hawn sabiex tkun taf kollox dwar il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Il-proċedura ta' kodeċiżjoni ddaħħlet mit-Trattat ta' Maastricht dwar l-Unjoni Ewropea (1992), u ġiet estiża u saret aktar effettiva bit-Trattat ta' Amsterdam (1999). Bit-Trattat ta' Lisbona li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, ngħatat l-isem ta' proċedura leġiżlattiva ordinarja u saret il-proċedura leġiżlattiva ewlenija tas-sistema tal-UE għat-teħid ta' deċiżjonijiet.

 
 
Proċedura ta' konsultazzjoni
 

Skont l-Artikolu 289 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-konsultazzjoni hi proċedura leġiżlattiva speċjali, li permezz tagħha l-Parlament jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-leġiżlazzjoni proposta qabel ma jadottaha l-Kunsill.

Il-Parlament Ewropew jista' japprova jew jiċħad proposta leġiżlattiva, jew jipproponi emendi għaliha. Il-Kunsill mhux marbut legalment li jqis l-opinjoni tal-Parlament iżda, f'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistax jieħu deċiżjoni qabel ma jkun irċevieha.

Fil-bidu, it-Trattat ta' Ruma tal-1957 ta lill-Parlament rwol konsultattiv fil-proċess leġiżlattiv; il-Kummissjoni kienet tipproponi u l-Kunsill kien jadotta l-leġiżlazzjoni.

L-Att Uniku Ewropew (1986) u t-Trattati ta' Maastricht, Amsterdam, Nizza u Lisbona suċċessivament estendew il-prerogattivi tal-Parlament. Issa l-Parlament għandu s-setgħa ta' koleġiżlatur fuq bażi ugwali daqs il-Kunsill f'maġġoranza estensiva ta' oqsma (ara l-proċedura leġiżlattiva ordinarja) u l-konsultazzjoni saret proċedura leġiżlattiva speċjali (jew saħansitra proċedura mhux leġiżlattiva) li tintuża f'numru limitat ta' każi.

Din il-proċedura issa hi applikabbli f'numru limitat ta' oqsma leġiżlattivi, bħall-eżenzjonijiet fis-suq intern u l-leġiżlazzjoni dwar il-kompetizzjoni. Hemm bżonn li jiġi kkonsultat il-Parlament bħala proċedura mhux leġiżlattiva, anke meta jkunu qed jiġu adottati l-ftehimiet internazzjonali skont il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK).

Għal aktar informazzjoni ara:
 
 
Approvazzjoni
 

F'ċerti oqsma leġiżlattivi, il-Parlament Ewropew hu mitlub jagħti l-approvazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 289(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proċedura ta' approvazzjoni tagħti lill-Parlament id-dritt tal-veto. Ir-rwol tal-Parlament għalhekk hu li japprova jew jiċħad il-proposta leġiżlattiva mingħajr emendi ulterjuri u l-Kunsill ma jistax imur kontra l-opinjoni tal-Parlament. L-approvazzjoni hi rikjesta wkoll bħala proċedura mhux leġiżlattiva meta l-Kunsill ikun qed jadotta ċerti ftehimiet internazzjonali.

L-Att Uniku Ewropew tal-1986 introduċa l-proċedura ta' approvazzjoni, li qabel kienet magħrufa bħala l-proċedura ta' kunsens f'żewġ oqsma: il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni u l-ftehimiet li jirregolaw l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea. L-ambitu għall-applikazzjoni tal-proċedura ġie estiż minn kull modifika sussegwenti li saret għat-Trattati.

Bħala proċedura mhux leġiżlattiva, normalment tapplika għar-ratifika ta' ċerti ftehimiet negozjati mill-unj jew tkun applikabbli l-aktar notevolment fil-każi ta' ksur serju tad- drittijiet fundamentali skont l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jew għall-adeżjoni ta' membri ġodda tal-UE jew arranġamenti għall-irtirar mill-UE.

As a legislative procedure, it is to be used also when new legislation on combating discrimination is being adopted and it now gives the European Parliament a veto also when the subsidiary general legal basis is applied in line with Article 352 TFEU.

Għal aktar informazzjoni ara:
 
 
Proceduri legizlattiv ohrajn
 

Flimkien mal-erba' proċeduri leġiżlattivi ewlenin, hemm proċeduri oħrajn imwettqa mill-Parlament f'oqsma specifici.

 
Opinjoni skont l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (unjoni monetarja)

Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew ifasslu rapport lill-Kunsill dwar il-progress tal-Istati Membri fit-twettiq tal-obbligi tagħhom fir-rigward tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-Istati Membri b'deroga.

Wara li l-Parlament jkun ta l-opinjoni tiegħu, il-Kunsill, fuq il-proposta tal-Kummissjoni, jiddeċiedi liema Stati Membri b'deroga jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni ta' munita waħda abbażi tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 140(1) TFUE u jtemm id-derogi ta' dawn l-Istati Membri. F'din il-proċedura, il-Parlament jivvota għall-emendi en bloc u ma jistax iressaq emendi.

  • Ir-Regoli ta' Procedura: L-Artikolu 83
 
Proceduri li jirrigwardaw djalogu bejn il-manigment u l-haddiema

L-objettivi tal-Unjoni jinkludu l-promozzjoni ta' djalogu bejn iż-żewġ naħat tal-industrija, bil-għan li jiġu konklużi ftehimiet u konvenzjonijiet.

Skont l-Artikolu 154 TFUE, il-Kummissjoni għandha l-kompitu li tippromwovi l-konsultazzjoni tal-maniġment u l-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni u għaldaqstant tressaq lill-Parlament linji gwida possibbli għal azzjoni tal-Unjoni wara konsultazzjoni maz-żewġ naħat tal-industrija.

Kwalunkwe dokument tal-Kummissjoni jew kull ftehim bejn il-maniġment u l-ħaddiema għandu jiġi riferut lill-kumitat responsabbli tal-Parlament. Meta l-maniġment u l-ħaddiema jkunu laħqu qbil u jkun talbu b'mod konġunt li l-qbil jiġi implimentat permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 155 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli għandu jqiegħed fuq il-mejda riżoluzzjoni li tirrakkomanda l-adozzjoni jew iċ-ċaħda tat-talba.

  • Ir-Regoli ta' Procedura: L-Artikolu 84
 
Proċeduri għall-kunsiderazzjoni ta' ftehimiet voluntarji

Il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament meta għandha l-ħsieb li tuża ftehimiet voluntarji minflok leġiżlazzjoni. Il-kumitat konċernat jista' jfassal rapport fuq inizjattiva proprja skond l-Artikolu 48. Il-Kummissjoni tinforma lill-Parlament meta biħsiebha tikkonkludi ftehima voluntarja. Il-kumitat responsabbli jista' jressaq mozzjoni għal riżoluzzjoni li tirrikmanda l-adozzjoni jew ir-rifjut tat-talba u b'liema kundizzjonijiet.

  • Ir-Regoli ta' Proċedura: L-Artikoli 48, 85
 
Kodifikazzjoni

Kodifikazzjoni uffiċjali tfisser il-proċedura biex jitħassru l-atti li jkunu qed jiġu kkodifikati u jiġu ssostitwiti b'att wieħed. Il-verżjoni konsolidata tkun tinkludi l-modifiki kollha minn meta att ikun daħal fis-seħħ għall-ewwel darba. Ma jkun fiha l-ebda modifika fis-sustanza tal-att. Il-kodifikazzjoni tgħin sabiex tiġi ċċarata leġiżlazzjoni tal-UE li jkunu sarulha diversi bidliet. Il-kumitat tal-Parlament responsabbli għall-affarijiet legali jeżamina l-proposota tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni. Jekk ma jkun hemm l-ebda modifka ta' sustanza, tiġi applikata l-proċedura simplifikata għall-adozzjoni ta' rapport skont l-Artikolu 46. Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika bla emendi jew dibattitu.

  • Ir-Regoli ta' Proċedura: L-Artikoli 46, 86
 
Dispożizzjonijiet dwar dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni u ddelegati

Il-Kummissjoni tista' tintroduċi dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għal leġiżlazzjoni eżistenti. Dawn id-dispożizzjonijiet jiġu ppreżentati lil kumitati ta' esperti mill-Istati Membri u mgħoddija lill-Parlament jew għall-informazzjoni jew għal skrutinju. Il-Parlament jista' jadotta riżoluzzjoni li topponi l-miżura, li tkun tiddikjara li l-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni imur lil hinn mis-setgħat stipulati fl-att legali kkonċernat, ma jkunx kompatibbli mal-għan jew il-kontenut tal-istrument bażiku jew ma jirrispettax il-prinċipji tal-proporzjonalità jew tas-sussidjarjetà u jitlob lill-Kummissjoni tirtira jew temenda l-abbozz tal-miżuri jew tressaq proposta taħt il-proċedura leġiżlattiva xierqa.

Meta att leġiżlattiv jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv, il-kumitat responsabbli għandu jeżamina kwalunkwe abbozz ta' att iddelegat meta jintbagħat lill-Parlament għal skrutinju u jista' jressaq quddiem il-Parlament f'mozzjoni għal riżoluzzjoni kwalunkwe proposta xierqa f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-att leġiżlattiv.

  • Ir-Regoli ta' Proċedura: L-Artikolu 87a, 88
 
 
Proċedura ta' inizzjattiva leġiżlattiva
 

Il-Kummissjoni għandha l-inizjattiva leġiżlattiva. Madankollu, skont it-Trattat ta' Maastricht, u msaħħa mit-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament Ewropew għandu d-dritt ta' inizjattiva leġiżlattiva li tippermettilu jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposta.

 
L-ipprogrammar annwali u pluriennali

Skont it-Trattat, il-Kummissjoni għandha tniedi l-ipprogrammar annwali u pluriennali tal-Unjoni. Sabiex tikseb dan il-għan, il-Kummissjoni tħejji l-programm ta' ħidma tagħha li hu l-kontribut tagħha għall-ipprogrammar annwali u pluriennali tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew diġà jikkopera mal-Kummissjoni fil-proċess tat-tfassil tal-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni u l-Kummissjoni għandha tqis il-prijoritajiet espressi mill-Parlament f'dan l-istadju. Wara li jiġi adottat mill-Kummissjoni, hu previst trilogu bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni bl-intenzjoni li jintlaħaq qbil dwar l-ipprogrammar tal-Unjoni.

L-arranġamenti dettaljat, flimkien ma' kalendarju huma stipulati fl-Anness XIV tar-Regoli ta' Proċedura (Ftehim Qafas dwar relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni).

Il-Parlament jadotta riżoluzzjoni dwar l-ipprogrammar annwali. Il-President jitlob lill-Kunsill jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-programm ta' ħidma u dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament. Meta istituzzjoni ma tkunx tista' tikkonforma mal-kalendarju stipulat, hi rikjesta tavża lill-istituzzjonijiet l-oħrajn dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u tipproponi kalendarju ġdid.

 
Inizjattiva skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Abbażi ta' rapport minn wieħed mill-kumitati tiegħu, skont l-Artikolu 225 TFUE, il-Parlament, li jkun qed jaġixxi b'maġġoranza tal-Membri tiegħu, jista' jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta kwalunkwe proposta leġiżlattiva xierqa. Fl-istess ħin, il-Parlament jista' jistabbilixxi skadenza għat-tressiq ta' tali proposta. Il-kumitat Parlamentari responsabbli għandu l-ewwel jistaqsi lill-Konferenza tal-Presidenti għall-awtorizzazzjoni. Il-Kummissjoni tista' taqbel jew tirrifjuta li tippreżenta l-proposta rikjesta.

Proposta għal att tal-Unjoni abbażi tad-dritt ta' inizjattiva mogħti lill-Parlament skont l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tista' tiġi proposta wkoll minn Membru individwali tal-Parlament Ewropew. Tali proposta għandha titressaq lill-President tal-Parlament li jirreferiha lill-kumitat responsabbli biex jeżaminaha. Dan jista' jiddeċiedi li jressaqha quddiem il-plenarja (ara hawn fuq).

Għal iktar informazzjoni ara:
 
Rapporti fuq inizzjattiva proprja

F'dawk l-oqsma fejn it-Trattati jagħtu lill-Parlament Ewropew id-dritt ta' l-inizzjattiva, il-kumitati jistgħu jfasslu rapport dwar suġġett fi ħdan il-kamp ta' attività tiegħu u jippreżentaw mozzjoni għal riżoluzzjoni lill-Parlament. Huma għandhom jitolbu l-awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti qabel ma jfasslu rapport.

Għal iktar informazzjoni ara:
 
 
 
Tools
 
 

Kif jaħdem il-proċess leġiżlattiv?

Membru tal-Parlament Ewropew, li jkun qed jaħdem f'wieħed mill-kumitati parlamentari, iħejji rapport dwar proposta għal 'test leġiżlattiv' li jkun ippreżentat mill-Kummissjoni Ewropea, l-unika istituzzjoni li għandha s-setgħa li tniehed liġi ġdida. Il-kumitat parlamentari jivvota għar-rapport u jista' jkun li jemendah. Meta t-test ikun rivedut u adottat f'seduta plenarja, il-Parlament jkun adotta l-pożizzjoni tiegħu. Dan il-process jirripeti ruhu kemm-il darba, skond it-tip ta' proċedura u skond jekk jkunx intlaħaq ftehim mal-Kunsill.

Fl-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi, issir distinzjoni bejn proċedura legiżlattiva ordinarja (kodeċiżjoni) u proċeduri leġiżlattivi speċjali. Fil-kodeċiżjoni, l-Parlament għandu l-istess setgħa daqs il-Kunsill, filwaqt li fil-proċeduri leġiżlattivi speċjali li japplikaw biss f'ċertu każijiet, il-Parlament għandu biss rwol konsultattiv.

Fir-rigward ta' ċerti kwistjonijiet (eż. tassazzjoni), il-Parlament Ewropew jagħti biss opinjoni konsultattiva ('il-proċedura ta' konsultazzjoni'). F'ċerti każi, it-Trattat jipprevedi li l-konsultazzjoni hi obligatorja, peress li hi rikjesta mill-bażi legali, u l-proposta ma tistax takkwiżixxi s-setgħa ta' liġi sakemm il-Parlament ma jagħtix l-opinjoni tiegħu. F'dan il-każ il-Kunsill m'għandux is-setgħa li jieħu deċiżjoni waħdu.

Il-Parlament għandu s-setgħa ta' inizjattiva politika.

Il-Parlament jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti leġiżlattivi għal liġijiet lill-Kunsill.

Il-Parlament għandu rwol ġenwin fil-ħolqien ta' liġijiet ġodda, peress li jeżamina l-programm ta' ħidma annwali tal-Kummissjoni u jiddikjara liema liġijiet jixtieq jara li jiddaħħlu.