L-uffiċċji ta' kollegament f'pajjiżek

Il-Parlament Ewropew għandu uffiċċji ta’ kollegament (EPLOs) fil-bliet kapitali kollha tal-UE kif ukoll uffiċċji reġjonali fil-ħames Stati Membri bl-akbar popolazzjoni, u żewġ uffiċċji barra mill-UE (f’Londra u f’Washington).

L-EPLOs huma responsabbli għall-implimentazzjoni lokali tal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni istituzzjonali, bl-għan aħħari li jagħmlu lin-nies aktar konxji mill-impatt tal-Parlament Ewropew fuq ħajjithom ta’ kuljum u li jippromwovu l-involviment tagħhom fil-proċess demokratiku Ewropew.

Tgħallem aktar dwar il-missjoni tal-uffiċċji ta’ kollegament

L-uffiċċji li jitkellmu bil-lingwa tiegħek

flimkien.eu għad-demokrazija

flimkien.eu huwa komunità ta’ nies li jemmnu fid-demokrazija u li jridu jagħtuha tifsira reali hekk kif joqorbu l-elezzjonijiet Ewropej li jmiss. Irreġistra hawn biex tinvolvi ruħek – aktar ma jkun hemm nies jivvutaw, aktar issir b’saħħitha d-demokrazija tagħna!

Żur il-Parlament

Ejja u tara għalik innifsek kif il-proposti jsiru liġi u fejn il-MPE tiegħek għandu leħen dwar il-futur tal-Ewropa. Noffru firxa ta' attivitajiet fi Brussell u Strasburgu, sabiex kemm jekk tiġi waħdek, mal-familja tiegħek, jew fi grupp, ikun hemm xi ħaġa għalik.

Mur fis-sit web Mur fis-sit web: Żur il-Parlament

Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea

Jekk qed tfittex ħarsa ġenerali tajba lejn il-politiki tal-UE u r-rwol tal-Parlament fihom, dan hu l-post mnejn għandek tibda. L-iskedi informattivi huma konċiżi iżda jagħtuk l-istampa kollha u jiġu aġġornati regolarment.

Mur fis-sit web Mur fis-sit web: Skedi informattivi dwar l-Unjoni Ewropea

Semma' leħnek

Għandek xi ħaġa li tixtieq tgħid? Għalhekk semma' l-opinjoni tiegħek. Ressaq petizzjoni quddiem il-Parlament jekk taħseb li fejn qiegħed inti hemm xi ksur tal-liġijiet tal-UE jew ikkuntattja lill-Ombudsman Ewropew jekk għandek bżonn medjatur. Tista' wkoll titlob direttament liġijiet ġodda billi, flimkien ma' persuni oħra, tniedi inizjattiva taċ-ċittadini.

Mur fis-sit web Mur fis-sit web: Semma' leħnek