Fil-passat

 

L-istituzzjoni li twaqqfet fl-1952 bħala l-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar (KEFA) u li fl-1958 ngħatat l-isem ġdid ta' Assemblea Parlamentari Ewropea, saret il-Parlament Ewropew fl-1962. L-ewwel elezzjonijiet diretti saru fl-1979. Il-Membri tal-Parlament Ewropew attwali ġew eletti matul l-elezzjonijiet tal-2009 u l-mandat tagħhom se jispiċċa fl-2014.

Computer graphic: 40 years of EU enlargements  

L-iżvilupp tal-Parlament huwa marbut mill-qrib mas-suċċessjoni ta' trattati li laħqu l-qofol tagħhom bit-Trattat attwali ta' Lisbona. Dawn it-trattati jiddefinixxu r-regoli u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Unjoni u biddlu l-KEFA tal-passat f'dik li llum hi magħrufa bħala l-Unjoni Ewropea.

Matul is-snin, avveniment prinċipali bħal pereżempju l-introduzzjoni tal-euro u t-tkabbir Ewropew ħallew il-marka tagħhom fuq il-Parlament Ewropew, is-setgħat u l-kompożizzjoni tiegħu.

Attur ewlieni u xhud tal-istorja tal-UE, il-Parlament issa qed iżomm arkivji storiċi ċentrali li jipprovdu perspettivi uniċi dwar l-istorja komuni tagħna, inklużi l-ewwel dibattiti tal-assemblea u l-arkivji tal-Presidenti preċedenti tal-PE.