Għas-servizz tiegħek

Merħba fil-Parlament Ewropew
 

Din hi l-assemblea tiegħek, l-unika entità tal-Unjoni Ewropea li hi eletta direttament. F'dawn il-paġni se ssib introduzzjoni qasira dwar kif jaħdem il-Parlament. Se nippreżentaw is-setgħat u l-funzjonijiet tiegħu, se nispjegaw kif il-Membri tal-Parlament jorganizzaw ħidmiethom u se nispjegaw kif tista' tikkuntattjana. L-aħħar kapitolu huwa dedikat għal avvenimenti fil-passat li ffurmaw ir-rwol tal-Parlament fl-UE.

 
Għad-dispożizzjoni tiegħek

Strasburgu u Brussell jidhru 'il bogħod minn fejn tinsab? Ibqa' infurmat dwar dak li qed jiġri fil-Parlament permezz tal-paġni ta' informazzjoni tagħna u s-servizzi għad-dokumenti, kif ukoll l-uffiċju ta' informazzjoni f'kull pajjiż tal-UE fejn se ssib kollox bil-lingwa tiegħek.

Għandek xi ħaġa li tixtieq tgħid? Semma' l-opinjoni tiegħek. Ibgħat petizzjoni lill-Parlament jekk taħseb li l-liġijiet tal-UE qed jinkisru f'pajjizek. Jew ikkuntattja lill-Ombudsman Ewropew jekk teħtieġ medjatur. Ċittadini tal-UE jistgħu jieħdu inizjattivi pan-Ewropej u jipproponu liġijiet ġodda huma stess permezz tal-inizjattiva taċ-ċittadini.

Tixtieq tkun involut(a) personalment fix-xogħol tagħna fil-Parlament? Ara x'possibbiltajiet hemm biex taħdem magħna fuq apprendist(a), waqt żjara ta' studju jew bħala impjegat(a).

 
 
 
 
 
Żur il-Parlament

Ejja u ara kif proposti jsiru liġi u fejn il-Membri tal-Parlament Ewropew tiegħek jiġu involuti fid-deċiżjonijiet dwar il-futur tal-Ewropa. Noffru għadd ta' attivitajiet fi Brussell u Strasburgu, sabiex jekk tiġi waħdek, mal-familja, jew fi grupp, ikun hemm xi ħaġa għalik.

 
 
 
100 ktieb memorabbli dwar l-Ewropa

Merħba bik f'dawn il-paġni ġodda u dedikati tal-internet li qed jitqiegħdu għad-dispożizzjoni libera tal-pubbliku, u li jippreżentaw, b'tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, għażla tal-100 Ktieb Memorabbli dwar l-Ewropa.

 
 
Aċċess għad-dokumenti
 

Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom dritt għal aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew jipprovdi aċċess dirett għall-maġġorparti tad-dokumenti tiegħu f'format elettroniku.