Ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-prinċipji għall-implimentazzjoni tal-baġit, inkluż il-prinċipju tat-trasparenza li huwa affermat fir-Regolament Finanzjarju kollu u l-proċeduri ta' implimentazzjoni tiegħu permezz ta' dispożizzjonijiet li jassiguraw il-pubblikazzjoni ex ante u/jew ex post xierqa tal-implimentazzjoni tal-baġit.
Ir-regoli għall-pubblikazzjoni ta' l-għotjiet huma stabbiliti fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, li jagħmel dispo¿izzjoni kemm għall-pubblikazzjoni ex ante tal-programm annwali, u ta' sejħiet għall-proposti u kif ukoll għall- pubblikazzjoni ex-post ta' l-għotjiet mogħtija matul is-sena finanzjarja. Kuntratt jitqies li jkun ingħata meta jkun seħħ l-ewwel impenn ta' valur legali, jiġifieri meta jkun iffirmat l-ewwel kuntratt (inklu¿ il-kuntratti qafas).
Bi qbil ma’ l-Artikolu 169 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid, "il-konċessjonjiet kollha mogħtija tul sena finanzjarja, ħlief boroż ta' studju mħallsa lill-persuni naturali, ikunu ppublikati fis-sit ta' l-internet ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità fl-ewwel nofs tas-sena li tiġi wara l-għeluq tas-sena tal-baġit li fiha ngħataw ".