Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")


Fil-passat: Ħarsa ġenerali

 
 

Il-Parlament Ewropew evolva b'mod sinjifikanti matul is-snin, fejn kiseb dejjem aktar responsabbiltajiet u importanza. Filwaqt li l-predeċessura tiegħu, l-Assemblea, kellha semplicement rwol ta' superviżjoni, illum il-Parlament huwa l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament, inkarigat li jirrappreżenta l-interessi tal-poplu. Barra milli jsawwar u jiddeċiedi dwar leġiżlazzjoni ġdida, huwa wkoll responsabbli għall-iskrutinju tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kemm fl-Ewropa kif ukoll barra. F'din it-taqsima tista' ssib iżjed informazzjoni dwar kif il-Parlament żviluppa matul iż-żmien.

 
Linja ta' żmien tal-Parlament Ewropew

Agħti daqqa t'għajn lil din il-linja ta' żmien biex tara kif il-Parlament Ewropew evolva matul is-snin u ara r-ritratti u l-videos tal-avvenimenti storiċi li sawru l-Parlament.

 
Magna taż-żmien tal-Unjoni Ewropea

Sa mill-ewwel elezzjonijiet Ewropej fl-1979, il-politika Ewropea biddlet il-ħajja ta' kuljum tagħna. Ivvjaġġa lura fiż-żmien u skopri kif.