Preżentazzjoni

L-għan ta' dawn l-Iskedi Informattivi huwa li jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-integrazzjoni Ewropea u lejn il-kontribut tal-Parlament Ewropew għal dan il-proċess.

 

Dawn l-Iskedi Informattivi, li nħolqu fl-1979 għall-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament, huma maħsuba biex b'mod sempliċi u konċiż – iżda wkoll preċiż – jagħtu lil dawk li mhumiex speċjalisti fil-qasam ħarsa ġenerali lejn l-istituzzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni Ewropea u lejn ir-rwol tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp tagħhom.

L-Iskedi Informattivi jinqasmu f'sitt kapitoli:

  • Kif taħdem l-Unjoni Ewropea, li jindirizza l-iżvilupp storiku tal-UE, l-ordinament ġuridiku tagħha u l-istituzzjonijiet u l-korpi tagħha, kif ukoll il-proċeduri ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u l-finanzjament tagħha;
  • L-Ewropa taċ-ċittadini, li jiddeskrivi d-drittijiet individwali u kollettivi;
  • Is-suq intern, li jispjega l-prinċipji tas-suq intern u l-implimentazzjoni tiegħu;
  • L-Unjoni Ekonomika u Monetarja, li jiddeskrivi l-kuntest tal-UEM u jispjega l-koordinament u s-sorveljanza tal-politiki ekonomiċi;
  • Il-politiki settorjali, li jiddeskrivi kif l-UE tindirizza l-politiki interni differenti tagħha;
  • Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE, li jkopri l-politika barranija, is-sigurtà u d-difiża, il-kummerċ, l-iżvilupp, id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, it-tkabbir u r-relazzjonijiet lil hinn mill-viċinat tal-UE.

Esplora l-Iskedi Informattivi permezz tal-menù hawn fuq billi tikklikkja fuq it-titolu ta' kapitolu. Ladarba tkun ftaħt skeda informattiva, tista' taċċessa l-oħrajn fl-istess taqsima permezz tal-menù fil-kolonna tal-lemin. L-iskedi jistgħu jitniżżlu f'format PDF.

Din il-verżjoni online tiġi riveduta u aġġornata f'intervalli regolari matul is-sena, malli l-Parlament jadotta kwalunkwe pożizzjoni jew politika importanti.

L-Iskedi Informattivi jitfasslu mid-dipartimenti tematiċi u mill-Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika u huma disponibbli bi 23 lingwa.

Għal kull tagħrif ieħor, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Unità tal-Koordinament tal-Attivitajiet Editorjali u ta' Komunikazzjoni (e-mail: editorial-secretariat@europarl.europa.eu).