L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej 

Mill-1 ta' April 2012, iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea se jkollhom għodda ġdida li se tippermettilhom jipparteċipaw fil-formazzjoni tal-politika tal-UE. Din l-inizjattiva li ddaħlet fis-seħħ mit-Trattat ta' Lisbona, se tippermetti lil miljun ċittadin minn tal-inqas kwart tal-Istati Membri tal-UE jsaqsu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi leġiżlazzjoni f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha. L-organizzaturi tal-inizjattiva taċ-ċittadini – kumitat taċ-ċittadini magħmul minn tal-inqas 7 ċittadini tal-UE, residenti f'tal-anqas 7 Stati Membri differenti – se jkollhom sena sabiex jiġbru l-appoġġ neċessarju. Il-firem għandhom ikunu ċertifikati minn awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru. Il-Kummissjoni mbagħad se jkollha 3 xhur sabiex teżamina l-inizjattiva u tiddeċiedi kif taġixxi dwarha.

Il-Proċedura

Iġbor miljun firma u itlob liġi ġdida lill-UE – din l-opportunità hija miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-UE. Tinstema’ diffiċli? Mhijiex. Huwa verament faċli tintroduċi l-inizjattiva tiegħek, kulma għandek tagħmel huwa li ssegwi dawn is-seba’ passi.
Ftakar - l-inizjattiva għandha tkun tirrigwarda suġġett relatat mal-UE li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tal-Kummissjoni Ewropea. Jiġifieri ma jistax ikun, pereżempju, bidla fit-trattati tal-UE. Ma jistax ikun xi ħaġa abbużiva, frivola jew vessatorja.
M’intix żgur jekk il-kwistjoni tiegħek taqax fil-kompetenzi tal-Kummissjoni? Tinkwetax. Il-Kummissjoni tavżak dwar dan qabel ma tibda tiġbor il-firem.

Pass Nru #1- Għandek tifforma kumitat taċ-ċittadini

Għandek bżonn mill-inqas seba’ persuni li jgħixu f’seba’ pajjiżi differenti.
Ftakar - il-membri tal-kumitat għandhom ikunu ċittadini tal-UE li jkollhom mill-inqas 18-il sena (16-il sena fl-Awstrija). Dan in-numru minimu ma jistax jinkludi Membri tal-Parlament Ewropew.
Kumitat ma jistax jinħoloq minn organizzazzjoni, għalkemm din tista’ toffri appoġġ għall-kwistjoni tiegħek. Biex issir taf iktar - ara r-Regolament (l-Artikolu 8) .

Pass Nru #2 - Irreġistra l-inizjattiva tiegħek!

U stenna sakemm il-Kummissjoni Ewropea tindikalek li tista’ tipproċedi.
Tista’ tirreġistra l-inizjattiva tiegħek fi kwalunkwe waħda mit-24 lingwa uffiċjali tal-UE L-ewwel għandek tiġbor ftit informazzjoni bażika: it-titlu tal-inizjattiva, sommarju qasir dwar is-suġġett, referenza għat-Trattati tal-UE, id-dettalji ta’ kuntatt tal-kumitat taċ-ċittadini tiegħek.
Il-Kummissjoni Ewropea tikkuntattjak fi żmien xahrejn biex tgħarrfek jekk l-inizjattiva tiegħek tissodisfax il-kundizzjonijiet bażiċi biex tkun tista’ tipproċedi. L-inizjattiva tiegħek tiġi ppubblikata fuq ir-reġistru onlajn.
Biex issir taf iktar - ara r-Regolament (l-Artikolu 10) 

Pass Nru #3 - Għandek tibda tiġbor il-firem.

Tista’ tiġborhom bil-miktub jew inkella onlajn. Il-Kummissjoni Ewropea se tipprovdi softwer ta’ sors miftuħ għas-sistemi ta’ ġbir onlajn, bla ħlas.
Ftakar - id-data li trid tiġbor flimkien mal-firem (jiġifieri l-isem, l-indirizz, iċ-ċittadinanza) tista’ tvarja minn stat tal-UE għal ieħor.
Iċċekkja r-rekwiżiti nazzjonali!
Mhuwiex biżżejjed li tiġbor il-firem f’pajjiż wieħed. Għandek bżonn firmatarji minn mill-inqas kwart tal-pajjiżi tal-UE. Billi bħalissa hemm 28 Stat Membru dan ifisser li għandek tikseb firem minn millinqas sebgħa minnhom.
Trid tikseb numru minimu ta’ firem f’kull pajjiż tal-UE. Issa, daqsxejn ta’ matematika... Din hija lformula: immultiplika n-numru ta’ MEPs eletti minn kull pajjiż b’750. ( paġna 10 tar-Regolament ).

Pass Nru #4 - Għandek miljun firma! Prosit!

Ippreżenta dawn il-firem lil kull pajjiż tal-UE kkonċernat. Huwa l-kompitu tagħhom li jivverifikaw ilvalidità tal-firem. Għandek tirċievi ċertifikat minn kull Stat Membru.
Biex issir taf iktar - ara r-Regolament (l-Artikolu 18) 

Pass Nru #5 - Ivverifikati? Kollox sew? Ippreżenta l-firem lill-Kummissjoni Ewropea.

Trid tagħti informazzjoni dwar kwalunkwe appoġġ jew fondi rċevuti għall-inizjattiva tiegħek. Il-Kummissjoni Ewropea se tippubblika din l-informazzjoni kollha fuq il-websajt tagħha.
Biex issir taf iktar - ara r-Regolament (l-Artikolu 19) 

Pass Nru #6 - Issa għandek iċ-ċans titkellem!

Tista’ tippreżenta l-inizjattiva tiegħek lill-Kummissjoni Ewropea u matul seduta ta’ smigħ pubblika fil-Parlament Ewropew.
Iktar informazzjoni dwar is-seduti ta’ smigħ pubbliċi fil-Parlament 

Pass Nru #7 - Irnexxielek!

Il-Kummissjoni Ewropea se tinformak dwar il-pass li jmiss. Il-Kummissjoni Ewropea se tinformak x’azzjoni beħsiebha tieħu. Il-Kummissjoni Ewropea se tħares it-trasparenza tal-proċess. L-informazzjoni kollha li tirrigwarda l-inizjattiva tiegħek se tiġi ppubblikata. Il-Kummissjoni Ewropea tista’ tipproponi liġi ġdida u tibgħatha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-approvazzjoni.

Firem meħtieġa għal kull pajjiż 

  • l-Awstrija 
    13.500 
  • il-Belġju 
    15.750 
  • il-Bulgarija 
    12.750 
  • il-Kroazja 
    8.250 
  • Ċipru 
    4.500 
  • ir-Repubblika Ċeka 
    15.750 
  • id-Danimarka 
    9.750 
  • l-Estonja 
    4.500 
  • il-Finlandja 
    9.750 
  • Franza 
    55.500 
  • il-Ġermanja 
    72.000 
  • Il-Greċja 
    15.750 
  • l-Ungerija 
    15.750 
  • l-Irlanda 
    8.250 
  • l-Italja 
    54.750 
  • il-Latvja 
    6.000 
  • il-Litwanja 
    8.250 
  • il-Lussemburgu 
    4.500 
  • Malta 
    4.500 
  • Il-Pajjiżi Baxxi 
    19.500 
  • il-Polonja 
    38.250 
  • il-Portugall 
    15.750 
  • ir-Rumanija 
    24.000 
  • Ir-Repubblika Slovakka 
    9.750 
  • Ir-Repubblika Slovena 
    6.000 
  • Spanja 
    40.500 
  • l-Isvezja 
    15.000 
  • ir-Renju Unit 
    54.750 

Numri Ewlenin 

  • 1 inizjattiva
     

     
  • 1 smigħ pubbliku 

     
  • 2 xahrejn biex il-KE tiddeċied jekk l-ECI tapplikax 

     
  • 3 xhur ta' verifiki 

     
  • 3 years - the ECI Regulation will be revised by the EC 

     
  • 7 pajjiżi (jew aktar) jridu jressqu l-firem 

     
  • 7 membri tal-kumitat 

     
  • 12-il xhar biex jinġabru 

     
  • 18-il sena biex tkun tista' tiffirma (16 fl-Awstrija) 

     
  • 24 lingwa
     

     
  • 28 Stat Membru tal-UE 

     
  • 1.000.000 firma 

     

Contact: