X'INHU L-EWROBAROMETRU? 

Mill-1973, l-istituzzjonijiet Ewropej jikkummissjonaw stħarriġ regolari tal-opinjoni pubblika, l-Ewrobarometru, fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Fl-2007, il-Parlament Ewropew vara s-sensiela speċifika tiegħu stess tal-Ewrobarometru. Dan l-istħarriġ ikopri firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, li jiffukaw fuq il-perċezzjonijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini rigward l-azzjoni tal-UE, u l-isfidi ewlenin li l-Unjoni qed tiffaċċja. L-istħarriġ ikejjel ukoll fid-dettall l-attitudnijiet taċ-ċittadini lejn l-UE u l-Parlament Ewropew, filwaqt li jsegwi mill-qrib il-fehmiet tal-pubbliku dwar l-elezzjonijiet Ewropej. Bis-saħħa ta' dan l-eżerċizzju li ilu ħafna jsir, l-analiżi tar-riżultati tipprovdi stampa dettaljata tax-xejriet u l-evoluzzjoni tal-opinjoni pubblika dwar kwistjonijiet Ewropej, kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'livell soċjodemografiku.

L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ

L-Ewrobarometru tal-Parlament jinkludi sensiela speċifika dwar l-elezzjonijiet Ewropej. Din tiffoka fuq l-attitudnijiet tal-Ewropej qabel l-elezzjonijiet Ewropej, u tkejjel l-interess tal-Ewropej fl-elezzjonijiet u l-opinjonijiet tagħhom dwar il-proġett Ewropew. Analiżijiet postelettorali dettaljati, imwettqa wara l-elezzjonijiet Ewropej, jikkompletaw dan il-kontribut importanti biex nifhmu aħjar kif jivvutaw iċ-ċittadini Ewropej.

IL-PARLAMETRU

Il-Parlametru huwa stħarriġ annwali tal-Ewrobarometru kkummissjonat mill-Parlament Ewropew fl-Istati Membri kollha tal-UE mill-2007. Jiffoka fuq il-fehmiet tal-Ewropej dwar il-Parlament Ewropew. L-istħarriġ ikejjel l-immaġni pubblika u r-rwol tal-Parlament, u kemm iċ-ċittadini jafu dwaru. Il-Parlametru jimmonitorja wkoll il-fehmiet pubbliċi dwar is-sħubija fl-UE u l-benefiċċji tagħha, is-sentiment ta' identità taċ-ċittadini, iċ-ċittadinanza Ewropea mqabbla ma' dik nazzjonali, il-prijoritajiet politiċi u l-valuri.

STĦARRIĠ SPEĊIFIKU

Il-Parlament juża wkoll l-istħarriġ tal-Ewrobarometru biex jevalwa l-opinjoni pubblika dwar suġġetti speċifiċi, jew billi jiffoka fuq gruppi soċjodemografiċi speċifiċi bħaż-żgħażagħ Ewropej jew fuq l-attività tal-istituzzjoni, eż. l-ugwaljanza bejn il-ġeneri jew il-kriżi ekonomika u soċjali. Uħud mill-pubblikazzjonijiet ta' din il-kategorija huma ddedikati għax-xejriet storiċi li jimmonitorjaw il-bidliet ewlenin fl-opinjoni pubblika Ewropea mill-1973. Ippreżentata kronoloġikament, id-data turi l-perċezzjoni tal-Ewropej tal-UE matul il-fażijiet ewlenin tagħha, kemm dawk istituzzjonali u politiċi kif ukoll dawk ekonomiċi u soċjali.

Plenary insights

Each plenary session Members are provided with a selection of recent Eurobarometer data on key topics of the session, aiming at empowering Members in their political and communication activities by informing the debate in a timely and relevant manner.

This section assembles all editions of this newsletter published so far.

Our last publications  

Sena: 
-
Tip:L-Elezzjonijiet Ewropej  

Stay updated with Eurobarometer's monthly publications on the European national voting intention polls for the European Elections 2019.