L-Ombudsman Ewropew 

Jekk m'intix sodisfatt bil-mod ta' kif trattawk l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Ombudsman Ewropew jista' jkun ta' għajnuna.

L-Ombudsman jinvestiga lmenti dwar amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-UE, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat għar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-aġenziji kollha tal-UE. Huma biss il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Prim'Istanza u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li filwaqt li jaġixxu fil-qafas tar-rwol ġudizzjarju tagħhom, ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu. L-Ombudsman normalment jniedi inkjesti fuq il-bażi ta' lmenti imma jista' jniedi inkjesta fuq inizjattiva tiegħu.

L-uffiċċji tal-Ombudsman Ewropew qegħdin fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Contact: