Il-patroċinju 

Il-patroċinju hu mod kif il-Parlament Ewropew jassoċja lilu nnifsu ma' avveniment billi jipprovdih bl-appoġġ morali tiegħu. Għadd limitat ta' avvenimenti jingħataw patroċinju ta' dan it-tip kull sena.

David Maria SASSOLI, President of the European Parliament 

Il-patroċinju huwa mod kif il-Parlament Ewropew jagħti l-appoġġ morali u mhux materjali tiegħu għal numru magħżul ta' avvenimenti ta' kwalità mingħajr skop ta' qligħ u b'dimensjoni Ewropea ċara. Il-Parlament Ewropew huwa l-unika istituzzjoni tal-UE li tiġi eletta direttament miċ-ċittadini [...]

« [...] U, hekk kif jiddikjara t-Trattat ta' Lisbona, fil-livell tal-Unjoni ċ-ċittadini tal-UE jiġu rrappreżentati fil-Parlament Ewropew. Il-patroċinju huwa strument siewi biex irawwem din ir-relazzjoni stretta minsuġa bejn il-Parlament tal-Ewropa u ċ-ċittadin u biex iqarribhom lejn xulxin.»

David Maria SASSOLI - Il-President tal-Parlament Ewropew

Il-President jiddeċiedi jekk il-Parlament jagħtix il-patroċinju tiegħu lil xi avveniment.

Min jista' jibbenefika mill-patroċinju tal-Parlament Ewropew?

Jistgħu jibbenefikaw mill-patroċinju l-avvenimenti (konferenzi, dibattiti, seminars, skejjel tas-sajf, premjijiet, kompetizzjonijiet, festivals eċċ) li jissodisfaw, fost l-oħrajn, dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • ikollhom dimensjoni Ewropea ċara;
  • ikollhom data u post fissi;
  • isiru f'tul ta' żmien limitat;
  • ma jkollhomx skop ta' qligħ.

Tingħata attenzjoni partikolari għal kemm l-avveniment jevidenzja r-rwol tal-Parlament Ewropew jew tal-Unjoni Ewropea fil-qasam ikkonċernat.

Tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-avvenimenti organizzati miż-żgħażagħ jew indirizzati lilhom jew dawk relatati ma' gruppi soċjali żvantaġġati.

Il-patroċinju m'għandux konsegwenzi finanzjarji għall-Parlament, u lanqas ma jagħti dritt għall-użu tal-faċilitajiet tal-Parlament Ewropew.

Għal aktar informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-patroċinju tal-Parlament Ewropew, ara r-regoli ta' hawn taħt.

Kif tapplika? 

Limiti ta' żmien

It-talba tiegħek għandha tintbagħat tal-anqas xahrejn qabel id-data tal-avveniment.

Se tirċievi t-tweġiba għat-talba tiegħek bil-posta jew bl-email.

B'mod elettroniku permezz tal-formola ta' applikazzjoni online

It-talbiet għal patroċinju għandhom jintbagħtu lill-President tal-Parlament Ewropew:

Bil-posta jew b'email

It-talba tiegħek għandha tintbagħat tal-anqas xahrejn qabel id-data tal-avveniment.

Bil-posta:

President of the European Parliament

Rue Wiertz 60
1047 Bruxelles
Belgium

B'email:

president@ep.europa.eu  

Kull applikazzjoni għandha tinkludi t-tagħrif li ġej:

  • deskrizzjoni dettaljata tal-avveniment;
  • programm dettaljat tal-avveniment, flimkien mad-dati fissi;
  • kwalunkwe informazzjoni oħra li l-applikant iqis meħtieġa.

    L-applikazzjonijiet għall-patroċinju jistgħu jsiru f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Ladarba jingħata l-patroċinju

    Il-benefiċjarji tal-patroċinju għandhom isemmu b'mod ċar l-appoġġ tal-Parlament Ewropew fil-komunikazzjonijiet kollha u fir-riklamar tal-avveniment ikkonċernat, billi jintuża dan il-kliem: avveniment organizzat "taħt il-patroċinju tal-Parlament Ewropew" u l-logo tal-Parlament. Avvenimenti li jibbenefikaw minn patroċinju u li jsiru matul it-12-il xahar qabel l-elezzjoni Ewropea għandhom jinkludu fil-komunikazzjoni materjal ta' referenza għall-elezzjoni Ewropea, u d-data tagħha. Għandhom jiġu inklużi elementi viżwali rilevanti skont il-linji gwida tal-grafika tal-Parlament. Wieħed għandu jieħu ħsieb li fil-komunikazzjonijiet relatati mal-avveniment, inkluż il-kontenut li jidher fuq l-internet, issir distinzjoni ċara bejn ir-rwol tal-Parlament bħala sieħeb istituzzjonali li joffri appoġġ morali u donaturi ta' fondi eventwali. L-użu tal-logo tal-Parlament Ewropew huwa soġġett għall-kundizzjonijiet deskritti hawn taħt:

    Contact: 

      Eurobarometer banner     
       

      Uffiċċji ta' Kollegament fl-Istati Membri

      Il-Parlament Ewropew għandu Uffiċċju ta' kollegament f'kull Stat Membru. Ir-rwol tagħhom hu li jżidu l-għarfien dwar il-Parlament Ewropew u l-Unjoni Ewropea u jinkoraġġixxu lin-nies jivvutaw fl-elezzjonijiet parlamentari Ewropej.

      Reġistru għat-Trasparenza

      Il-Parlament Ewropew jirrakkomanda lill-organizzazzjonijiet kollha involuti fl-attivitajiet koperti millFtehim Interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza biex jirreġistraw fl-fir-Reġistru tat-Trasparenzaħal.