Premji 

L-attività tal-Parlament Ewropew mhix biss waħda leġiżlattiva. Għandu wkoll għal qalbu l-promozzjoni ta' dak li hu tajjeb. Kull sena joħroġ erba' premji b'rikonoxximent tal-eċċellenza fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, iċ-ċinema, proġetti taż-żgħażagħ u ċittadinanza tajba. Din hija opportunità biex tingħata attenzjoni lil dawk in-nies u l-organizzazzjonijiet li jagħmlu xogħol iebes biex id-dinja tagħha ssir tikka aħjar u jħeġġu lil ħaddieħor isegwi l-eżempju tagħhom.

  • Il-Premju Sakharov - għal-libertà tal-ħsieb 

    Il-Premju Sakharov jingħata għal min ikun kiseb riżultati prestiġjużi f'wieħed minn dawn l-oqsma:

    • difiża tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għal espressjoni libera
    • is-salvagwardja tad-drittijiet tal-minoranzi
    • ir-rispett għad-dritt internazzjonali,
    • l-iżvilupp tad-demokrazija u l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt
        
        
    • Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej - għal Ewropej żgħażagħ b’ħafna motivazzjoni 

      Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej” għandu l-għan li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' kuxjenza Ewropea fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti relatati mal-integrazzjoni Ewropea. Il-Premju jingħata għal proġetti mwettqa miż-żgħażagħ li jkattru l-komprensjoni, iħeġġu l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, u joffru eżempji prattiċi ta' ċittadini Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.

      Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej” għandu l-għan li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' kuxjenza Ewropea fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti relatati mal-integrazzjoni Ewropea. Il-Premju jingħata għal proġetti mwettqa miż-żgħażagħ li jkattru l-komprensjoni, iħeġġu l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, u joffru eżempji prattiċi ta' ċittadini Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.

      Il-premji għall-aħjar tliet proġetti jiġu ppreżentati mill-President tal-Parlament Ewropew u minn rappreżentant tal-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.

        
        
    • Il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew – Premju għal kisbiet eċċezzjonali 

      Kull sena, il-Parlament Ewropew jagħti “Il-Premju taċ-Ċittadin Ewropew”. Dan il-premju huwa maħsub li jippremja kisbiet eċċezzjonali fl-oqsma li ġejjin:

      Attivitajiet jew azzjonijiet minn ċittadini, gruppi, assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet li jkunu wrew impenn eċċezzjonali għall-promozzjoni ta’ komprensjoni reċiproka aqwa u integrazzjoni aktar mill-qrib fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri; jew għall-iffaċilitar tal-kooperazzjoni transkonfinali jew transnazzjonali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dan jista’ jinkludi wkoll attivitajiet jew azzjonijiet minn ċittadini impenjati f’kooperazzjoni kulturali fit-tul li tkun transkonfinali jew transnazzjonali u li tikkontribwixxi għat-tisħiħ ta’ spirtu Ewropew. Tingħata preferenza lil proġetti marbuta mas-Sena Ewropea attwali.

      Attivitajiet ta’ kuljum li jesprimu b’mod konkret il-valuri tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

      Il-Membri tal-Parlament Ewropew biss għandhom dritt iressqu nomini: nomina waħda għal kull Membru kull sena.

        
        
    • Il-Premju LUX - appoġġ għall-kultura u l-identità Ewropea 

      Mill-2007, il-Premju LUX tal-Parlament Ewropew kull sena jitfa' l-attenzjoni fuq films li jmorru fil-qalba tad-dibattitu pubbliku Ewropew. Il-Parlament jemmen li ċ-ċinema, midja kulturali għall-massa, tista' tkun mezz ideali għad-dibattitu u r-riflessjoni rigward l-Ewropa u l-ġejjieni tagħha. Iċ-ċinema hi poplari, tiġbed ġenerazzjonijiet differenti u hi finanzjarjament aċċessibbli.