Jekk inti ċittadin ta' pajjiż tal-UE, allura inti wkoll ċittadin Ewropew.
Imma dan xi jfisser fil-prattika? Tassew li qed ngħixu fi żminijiet ta' paċi, ħaġa li fiha nfisha hija kisba enormi. Iżda din mhijiex l-unika ħaġa li l-Ewropa għamlet għall-ġid tagħna. Installa s-Citizens' App biex tiskopri aktar. L-app hija disponibbli b'24 lingwa: Apple Store - Google Play
Billi tinstalla s-Citizens' App, tiskopri min jagħmel xiex fl-UE, kif dan kollu huwa rilevanti għal ħajtek ta' kuljum u x'inhuma l-isfidi li qed tħabbat wiċċha magħhom l-UE - sfidi li ħafna minnhom se jsawru l-futur tiegħek.
Is-Citizens' App:
- tagħtik informazzjoni dwar suġġetti u postijiet ta' interess għalik u taġġornak dwar il-progress li jkun qed isir;
- tħallik tfittex l-informazzjoni, taqsamha ma' ħaddieħor, tagħtiha sura personali u tikklassifikaha;
- tgħarrfek dwar avvenimenti li jsiru madwarek; iżżid il-favoriti tiegħek fil-kalendarju personali tiegħek; turik l-aħjar rotta permezz tal-applikazzjoni tal-mapep favorita tiegħek;
- tipprovdilek kontenuti multimedjali bħal videos, podcasts u slideshows.
- tħallik iżżomm l-istess settings u bookmarks fit-tagħmir kollu tiegħek.
Kompatibbiltà Android u iOS. (Teħtieġ iOS 10.3 jew verżjoni aktar reċenti. Kompatibbli mal-iPhone, l-iPad u l-iPod touch.)

