Talbiet għal informazzjoni miċ-ċittadini (Ask EP) 

Jekk tixtieq tiskopri aktar dwar l-attivitajiet, is-setgħat u l-organizzazzjoni tal-Parlament Ewropew, tista' tikkuntattja lill-Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP) permezz tal-formolat'hawn taħt.

Inti tistaqsi, aħna nwieġbu

Tista’ ssib għażla ta’ suġġetti reċenti ta’ tħassib partikolari għaċ-ċittadini li jiktbu lill-Parlament Ewropew u t-tweġibiet rispettivi tagħna.

  • Arranġamenti dwar il-persunal tal-Membri tal-Parlament Ewropew 

    Il-membri huma liberi li jagħżlu l-persunal tagħhom, għalkemm ma jistgħux jimpjegaw qraba li jiġu minnhom mill-qrib. Biex ikopru l-ispejjeż tar-reklutaġġ tal-persunal, il-Membri għandhom baġit ta' kull xahar għad-dispożizzjoni tagħhom ta' madwar EUR 25000. Madankollu, il-Parlament mhux kemm jagħti dawn is-somom lill-Membri. Il-Parlament iħallas is-salarji tal-persunal tagħhom direttament – u jikkontribwixxi għall-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali rilevanti.

      
      
  • Il-verifika tal-kredenzjali tal-Membri l-ġodda tal-Parlament Ewropew 

    Il-Parlament Ewropew regolarment jirċievi mistoqsijiet miċ-ċittadini dwar kif jiżgura li l-Membri eletti ma jokkupaw l-ebda kariga li tkun inkompatibbli mal-kariga ta' Membru tal-Parlament Ewropew. L-inkompatibbiltajiet jinkludu li wieħed ikun membru ta' parlament nazzjonali, membru tal-gvern ta' pajjiż tal-UE jew membru tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Ombudsman Ewropew, jew membri tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ċentrali Ewropew.

      
      
  • X'inhuma l-iSpitzenkandidaten? 

    Il-Parlament Ewropew regolarment jirċievi mistoqsijiet miċ-ċittadini dwar l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-proċess magħruf bħala "Spitzenkandidaten" jew "kandidati ewlenin". Qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, seba' partiti politiċi Ewropej ressqu kandidat ewlieni wieħed jew aktar għall-presidenza tal-Kummissjoni Ewropea.

      
      
  • X'qed tagħmel l-Unjoni Ewropea dwar it-tibdil fil-klima? 

    Il-bidliet staġjonali fil-ħin fl-UE huma suġġett frekwenti ta' mistoqsijiet miċ-ċittadini lill-Parlament Ewropew. Filwaqt li xi ċittadini jitolbu li l-istituzzjoni tneħħi l-arranġamenti kurrenti dwar il-ħinijiet tas-sajf u tax-xitwa, oħrajn huma favur li dawn jinżammu.

      
      
  • L-elezzjonijiet Ewropej: drittijiet tal-vot għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu barra minn pajjiżhom 

    Il-Parlament Ewropew regolarment jirċievi mistoqsijiet miċ-ċittadini tal-UE li jgħixu barra minn pajjiżhom dwar kif jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej. Iċ-ċittadini tal-UE li jgħixu barra minn pajjiżhom (kemm f'pajjiż ieħor tal-UE u kemm barra mill-UE) jista' jkollhom id-dritt li jivvotaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fil-pajjiż taċ-ċittadinanza tagħhom. Barra minn hekk, iċ-ċittadini tal-UE li jgħixu f'pajjiż tal-UE li tiegħu mhumiex ċittadini għandhom id-dritt li jivvotaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fil-pajjiż fejn jgħixu, taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

      
      
  • Jekk tixtieq tikseb it-test sħiħ bil-lingwa uffiċjali tal-UE tiegħek, tista' tikteb lill-Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP) billi tuża din il-formola .