Il-protezzjoni tad-data personali fil-Parlament Ewropew 

Sabiex iwettaq l-obbligi tiegħu lejn iċ-ċittadini Ewropej, il-Parlament Ewropew kultant ikun jeħtieġ li jkun jaf informazzjoni personali, minn hawn 'il quddiem "data personali".

Il-Parlament Ewropew jipproċessa d-data personali kollha li jiġbor b'rispett sħiħ tad-drittijiet tal-persuni kkonċernati, b'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament".

Leġiżlazzjoni 

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data ġie ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta' Novembru 2018 u daħal fis-seħħ fil-11 ta' Diċembru 2018.

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ġunju 2005 li tadotta d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni relatati mar-Regolament dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data.

Il-maġġoranza l-kbira tal-paġni ta' dan is-sit web jistgħu jiġu kkonsultati bla ma tintalab data personali.

Huma biss ftit dawk il-paġni li jitolbu lill-utenti jdaħħlu data personali, u dan fil-qafas ta' ċerti talbiet jew servizzi speċifiċi ħafna.

Pereżempju, l-paġna " Talbiet għal informazzjoni miċ-ċittadini (Ask EP) " tinkludi l-buttuna "Ikkuntattjana", li tattiva formola online. F'din il-formola, inti tintalab tindika, bħala minimu (jiġifieri l-oqsma obbligatorji), kunjomok, ismek, il-pajjiż ta' residenza tiegħek u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħek, kif ukoll, possibbilment, is-sess, l-indirizz, l-età, il-professjoni u n-nazzjonalità tiegħek. Ladarba tintbagħat, il-formola tiġi trażmessa permezz tal-posta elettronika lis-servizz kompetenti sabiex dan ikun jista' jaqdik bl-aħjar mod.

Id-data miġbura tiġi pproċessata biss għall-iskopijiet previsti u ddikjarati b'mod ċar. Inti għandek dritt ta' aċċess fir-rigward tad-data personali li tikkonċernak, kif ukoll dritt li tikkoreġi din id-data jekk tkun żbaljata jew inkompleta. Għal kwalunkwe mistoqsija dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, għandek tibgħat it-talba tiegħek lill-entità li taġixxi bħala l-Kontrollur tad-data, indikata fid-dikjarazzjoni speċifika dwar il-protezzjoni tad-data kkonċernata. Għandek ukoll id-dritt li tappella lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fi kwalunkwe ħin.

 Dan is-sit web fih xi links għal siti tal-internet esterni. Peress li l-Parlament Ewoprew ma għandux kontroll fuq dawn tal-aħħar, int ġentilment mitlub tivverifika l-politika ta' privatezza tagħhom.

L-uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Parlament Ewropew

L-uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data huwa responsabbli mill-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament.

Kwalunkwe servizz tal-Parlament Ewropew li juża informazzjoni li tidentifika individwi huwa kopert b'dan ir-Regolament, u huwa meħtieġ li jinnotifika lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data bi kwalunkwe operazzjoni li fiha tiġi pproċessata data personali (ġbir, konsultazzjoni, trażmissjoni, organizzazzjoni, eċċ.).

Dawn l-operazzjonijiet jiddaħħlu f'reġistru ddedikat, li jkun fih deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Parlament Ewropew.

Ir-Reġistru tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar

Ir-Reġistru tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar jippermetti li kulħadd ikun jista' jinforma ruħu dwar l-ipproċessar tad-data personali mill-Parlament Ewropew.

L-għan tiegħu huwa li jżomm lill-pubbliku infurmat, u huwa aċċessibbli liberament permezz tal-Internet.

Kwalunkwe persuna kkonċernata tista' teżerċita d-drittijiet rikonoxxuti mir-Regolament abbażi tal-informazzjoni li tkun tinsab f'dan ir-reġistru.

Ir-riżultati miksuba għal kull operazzjoni ta' pproċessar notifikata huma disponibbli biss fil-lingwa li fiha tkun iddaħħlet in-notifika fir-reġistru (bl-Ingliż jew bil-Franċiż).

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) huwa awtorità ta' sorveljanza Ewropea indipendenti.

Il-missjoni tiegħu hi li jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej jirrispettaw id-Dritt għall-Privatezza u l-Protezzjoni tad-Data meta jfasslu politiki ġodda jew meta jipproċessaw data personali fi ħdan l-organizzazzjoni tagħhom.

Contact: