Sigurtà u Aċċess 

Peress li fil-bini tal-Parlament Ewropew jaħdmu aktar minn 7,000 persuna u jżuruh aktar minn 500,000 persuna fis-sena, is-sigurtà għandha rwol essenzjali xi twettaq biex jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tal-istituzzjoni.

Il-Parlament Ewropew — l-unika istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li tiġi eletta b'vot dirett universali — għalhekk jiżgura l-protezzjoni tal-persuni u tal-beni fil-bini tiegħu kif ukoll l-akkoljenza effikaċi tal-viżitaturi kollha tiegħu, filwaqt li jżomm bilanċ ġust bejn livell adegwat ta' sigurtà u l-attitudni tradizzjonali ta' ftuħ.

Peress li l-ġbir u l-ipproċessar tad-data personali huma meħtieġa sabiex iwettaq b'mod effettiv ir-rwol tiegħu, il-Parlament Ewropew jagħti importanza kbira lid-dritt għall-privatezza u jfittex b'mod kostanti li jiżgura l-konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar il-protezzjoni tad-data personali.

Protezzjoni tad-data

Il-parlament ewropew jipproċessa d-data personali li tintalab mingħand il-Membri tal-Parlament Ewropew (MEP), il-persunal, il-kuntratturi, il-viżitaturi u s-sħab interni/esterni għall-iskopijiet li ġejjin:

  • L-għoti tal-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew;
  • Il-kontroll tal-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew;
  • L-investigazzjoni ta' inċidenti ta' sigurtà, inkjesti dwar is-sigurtà u investigazzjonijiet awżiljarji; l-evalwazzjoni tat-theddid u l-analiżi tar-riskji għall-PE.

    Sorveljanza bil-Video

    Il-Parlament Ewropew jopera sistema ta' sorveljanza bil-video, għall-monitoraġġ tal-bini u tal-perimetru tiegħu. Is-sistema tintuża biss għal skopijiet ta' sikurezza u sigurtà. 

    Tista' tikkonsulta hawn:

    Contact: