L-impjieg
B'kollox, il-Parlament Ewropew jimpjega madwar 8,000 uffiċjal u persunal ieħor. Dawn ġejjin mit-28 Stat Membru tal-UE u jaħdmu fit-tliet postijiet tax-xogħol tal-UE (il-Lussemburgu, Strasburgu u Brussell) u fl-Uffiċċji ta' Kollegament fl-Istati Membri.
L-Uffiċjali
Is-servizz pubbliku tal-UE huwa magħmul minn uffiċjali li jappartjenu għal tliet gruppi ta' funzjonijiet: amministraturi (AD), assistenti (AST) u segretarji u skrivani tal-uffiċċji (AST/SC).
Id-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw is-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea huma ddefiniti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
Kif jista' wieħed isir uffiċjal?
L-uffiċjali huma magħżula permezz ta' kompetizzjonijiet ġenerali organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). L-EPSO huwa inkarigat mis-selezzjoni tal-persunal għall-Parlament, iżda wkoll għall-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn kollha. L-avviżi ta' kompetizzjoni ġenerali jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali kif ukoll fis-sit tal-internet tal-EPSO.
L-aġenti temporanji
Jistgħu jiġu impjegati aġenti temporanji biex iwettqu kompiti diversi li huma parti minn waħda mill-kategoriji msemmija hawn taħt:
- biex jimlew pożizzjoni battala kklassifikata bħala temporanja mill-awtorità baġitarja
- biex jimlew pożizzjoni battala permanenti (uffiċjal) b'mod temporanju
- biex jassistu persuna li qed twettaq mandat kif previst mit-Trattat (Presidenti, Viċi Presidenti, Kwesturi) jew biex jassistu lill-gruppi politiċi tal-Parlament Eworpew.
Kif jista' wieħed isir aġent temporanju?
Għal uħud minn dawn il-kategoriji, jiġu ppubblikati proċeduri ta' selezzjoni fis-sit tal-internet tal-EPSO, fis-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew u fis-siti tal-internet tal-gruppi politiċi.
L-Aġenti Kuntrattwali
L-aġenti kuntrattwali jiġu reklutati sabiex
- iwettqu attivitajiet ta' appoġġ manwali jew amministrattivi sempliċi;
- jissostitwixxu uffiċjali u aġenti temporanji li, momentanjament, ma jkunux jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.
Dalwaqt se tkun irreklutat bħala aġent kuntrattwali
Servizz tal-Parlament Ewropew se jikkuntattjak u jinformak bil-ħsieb tiegħu li joffrilek impjieg bħala aġent kuntrattwali.
Ir-reklutaġġ tiegħek se jsir fi 3 fażijiet:
- Se tirċievi ittra ta' turija ta' interess li biha tkun imfakkar fid-dettalji tas-selezzjoni tiegħek (CAST, COSCON jew selezzjoni minn grupp politiku) u tintalab tibagħtilna, fi żmien 10 ijiem ta' xogħol, diversi dokumenti (il-kondotta, diplomi,
esperjenza professjonali, eċċ.).
Malli nirċievu d-dokumenti tiegħek, nivverifikawhom. Id-diplomi u l-esperjenza professjonali tiegħek se jitqiesu ħalli tkun attribwit il-grad korrispondenti għall-grupp ta' funzjonijiet li jirriżulta mis-selezzjoni tiegħek. Dan il-grad se jiddetermina s-salarju tiegħek. - L-Unità tar-Reklutaġġ tal-Aġenti Kuntrattwali u l-Assistenti Parlamentari Akkreditati se tagħmillek għalhekk offerta li fiha tkun mgħarraf bid-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt, is-sede tax-xogħol tiegħek, il-grad tiegħek u b'konsegwenza
l-ammont tas-salarju tiegħek.
B'din l-ittra tintalab tagħmel kuntatt mas-servizz mediku (fi Brussell jew f'Lussemburgu) ħalli tagħmel il-viżta medika li tippermetti li tkun stabbilita l-idoneità fiżika tiegħek meħtieġa għal dan limpjieg. - Ladarba l-Unità tar-Reklutaġġ tal-Aġenti Kuntrattwali u l-Assistenti Parlamentari Akkreditati tkun irċeviet iċ-ċertifikat ta' idoneità fiżika tiegħek, se tipproċedi għall-isteżura tal-kuntratt tiegħek li se tiffirmah dakinhar li tidħol fis-servizz.
Niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li huwa indispensabbli li taqra bir-reqqa ż-żewġ ittri msemmijin hawn fuq (l-ittra ta' turija ta' interess u l-offerta) kif ukoll il-kuntratt tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar ir-reklutaġġ tiegħek, nagħtuk parir tikkonsulta l-Mistoqsijiet frekwenti previsti għal dan l-għan.
L-Assistenti parlamentari akkreditati
Il-Membri tal-Parlament Ewropew jagħżlu u jirreklutaw lill-assistenti parlamentari akkreditati tagħhom skont relazzjoni ta' fiduċja reċiproka, li tista' tinkludi b'mod partikolari l-affiljazzjonijiet politiċi.
Dalwaqt se tkun irreklutat bħala assistent parlamentari akkreditat (APA)
Ġejt informat mill-Membru futur tiegħek li biħsiebu joffrilek kuntratt ta' assistent parlamentari akkreditat.
Ir-reklutaġġ tiegħek se jsir f'5 fażijiet:
- Il-Membru futur tiegħek jew ir-raggruppament ta' Membri se jippreżenta/ppreżenta talba għal reklutaġġ għand id-DĠ FINS li se jipproċedi għar-reġistrazzjoni tagħha.
- Għall-ewwel, l-Unità tar-Reklutaġġ tal-Aġenti Kuntrattwali u l-Assistenti Parlamentari Akkreditati se tibgħatlek link għall-applikazzjoni PEOPLE fejn se ssib offerta ta' impjieg li tista' taċċetta jew ma taċċettax. Niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li huwa importanti li taqra birreqqa din l-offerta li tinkludi kwantità kbira ta' informazzjoni utli. Din l-offerta se tindikalek b'mod partikolari l-grupp ta' funzjoni u l-grad li fih jixtieq jirreklutak il-Membru tiegħek, kif ukoll is-salarju bażiku relatat, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt tiegħek, kif ukoll is-sede tax-xogħol tiegħek.
- Sussegwentement, se tkun mistieden twieġeb kwestjonarju qasir fl-applikazzjoni PEOPLE.
- Fl-aħħar, se tkun tista' ttella', permezz tal-applikazzjoni PEOPLE, id-diversi dokumenti mitluba fl-offerta. Malli ttella' d-dokumenti tiegħek u tibgħat, billi tikkonvalidah, il-fajl tiegħek fl-applikazzjoni PEOPLE, l-Unità tar-Reklutaġġ tal-Aġenti Kuntrattwali u l-Assistenti Parlamentari Akkreditati se tivverifikahom.
- Jekk il-fajl tiegħek ikun komplut, se tintalab, permezz tal-posta elettronika, tidħol flapplikazzjoni PEOPLE u tiffissa appuntament mas-servizzi tagħna ħalli tiffirma l-kuntratt tiegħek. Jekk il-fajl tiegħek ma jkunx komplut, se tintalab, permezz tal-posta elettronika, ittella' flapplikazzjoni PEOPLE informazzjoni u dokumenti komplementari. Malli jirċevuhom, u wara lverifika tagħhom, se tintbagħatlek notifika rigward l-iffissar ta' appuntament ħalli tiffirma lkuntratt tiegħek, dment li d-dokumenti jitqiesu suffiċjenti. It-totalità tal-proċedura ta' reklutaġġ hekk kif deskritta hawn fuq tista' tieħu daqs għaxart ijiem ta' xogħol jew inqas.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-reklutaġġ tiegħek, nagħtuk parir tikkonsulta l-Mistoqsijiet frekwenti previsti għal dan l-għan.
L-Esperti Nazzjonali Sekondati
L-Esperti nazzjonali jiġu sekondati lill-Parlament Ewropew minn amministrazzjoni pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew minn entità assimilata ma' dawn, li taqa' taħt l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-pajjiżi membri tal-EFTA li jagħmlu parti miż-Żona Ekonomika Ewropea, mill-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi.
Matul il-perjodu li fih jiġu sekondati, dawn l-esperti jibqgħu fis-servizz ta' min iħaddimhom, u jibqgħu jitħallsu minnu. Madankollu, hija prevista gratifika per diem.
Għandha tintbagħat ittra ta' motivazzjoni lir-Rappreżentazzjoni permanenti tal-Istat Membru fl-Unjoni Ewropea, flimkien ma' CV.
Il-Ħaddiema temporanji
Jistgħu jiġu impjegati ħaddiema temporanji biex jissodisfaw bżonn temporanju ta' tisħiħ fi Brussell jew fil-Lussemburgu. Dawn il-ħaddiema temporanji jiġu reklutati minn kumpaniji li jħaddmu ħaddiema temporanji, permezz ta' kuntratti qafas interistituzzjonali.
Contact:
-
Randstad Belgium n.v.Contact data:
-
Address:
8-10 Rue des Princes
1000 Bruxelles -
+32 2 643 47 90 (BE)
- inhouse_1230@randstad.be
-
-
Daoust S.A.Contact data:
-
Address:
Galerie de la Porte Louise 215
1050 Brussels -
+32 2 513 87 55 (BE)
- europa@daoust.be
-
-
Randstad Interim S.A.Contact data:
-
Address:
5, rue des Primeur
L-2361 Strassen
Luxembourg -
+352 40 32 040 (LU)
- info@randstad.lu
-
-
Adecco Luxembourg S.A.Contact data:
-
Address:
5 rue des Mérovingiens
L-8070 Bertrange
Luxembourg -
+352 48 25 51 1 (LU)
- web@adecco.lu
-
Protezzjoni tad-'data' personali
L-ipproċessar tad-data personali tiegħek isir kif deskritt fid-dokumenti ta' informazzjoni ta' hawn taħt.