Traineeships fil-Parlament Ewropew 

Il-Parlament joffri bosta possibbiltajiet ta' traineeships fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tiegħu biex jipprovdi opportunitajiet għat-taħriġ vokazzjonali taċ-ċittadini u biex jippermettilhom jiffamiljarizzaw ruħhom iktar ma' x'inhu u x'jagħmel il-Parlament Ewropew.

Traineeships Schuman

L-għan tat-Traineeships Schuman huwa li jikkontribwixxu għall-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali taċ-ċittadini Ewropej u għal aktar komprensjoni tal-ħidma tal-Parlament Ewropew.

Dawn it-traineeships jingħataw għal perjodu ta’ ħames xhur.

L-applikanti għal traineeship Schuman iridu:

  • ikollhom età ta’ 18-il sena jew aktar;
  • ikollhom grad universitarju;
  • jissodisfaw ir-rekwiżit tal-lingwa;
  • jipprovdu ċertifikat ta' kondotta eliġibbli;
  • ma jkunux ħadmu għal aktar minn xahrejn konsekuttivi fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-UE;
  • ma jkunux wettqu żjara ta' studju ta' sitt xhur bħala akkademiku ta' livell baxx jew għoli qabel il-bidu tat-traineeship.

Id-dati tat-traineeships u l-iskadenzi għall-wasla tal-applikazzjonijiet:

  • Għat-traineeship mill-1 ta’ Ottubru sat-28/29 ta’ Frar — Il-perjodu tal-applikazzjoni: mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Ġunju
  • Għat-traineeship mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta' Lulju — Il-perjodu tal-applikazzjoni: mill-1 ta' Novembru sat-30 ta' Novembru

Biex tapplika għal traineeship Schuman, jekk jogħġbok żur il-paġna ewlenija tal-offerti ta' traineeships .

Il-kandidati jistgħu japplikaw għal 3 offerti ta’ traineeships kull perjodu.

Ma jistgħu jintlaqgħu la applikazzjonijiet li jitressqu wara l-iskadenza u lanqas applikazzjonijiet spontanji.

Kull sena, 21 000 ruħ japplikaw għal traineeship fil-Parlament Ewropew, li minnhom jintgħażlu 900.

Il-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' selezzjoni huma adattati b'tali mod li jiżguraw li ma jkunux ta' żvantaġġ għall-kandidati b'diżabbiltà.

Dettalji ta' kuntatt

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattjana fl-indirizz li ġej:

Contact: 

  • Elezzjonijiet Ewropej 2019: involvi ruħek! 

    Did-darba mhux biżżejjed li nittamaw għal futur aħjar: did-darba l-futur, ilkoll kemm aħna irridu nidħlu għalih b’responsabbiltà. Allura did-darba m'aħniex biss nitolbuk tivvota, qed nitolbuk ukoll tikkonvinċi 'l ħaddieħor jivvota wkoll. Għax meta jivvota kulħadd, jirbaħ kulħadd.