Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")


Għad-dispożizzjoni tiegħek

 
 
Żomm ruħek infurmat
Il-Parlament Ewropew jidher 'il bogħod ħafna minn fejn tgħix inti? Żomm ruħek infurmat dwar dak li qed jiġri fil-Parlament permezz tal-paġni ta' informazzjoni u s-servizzi dokumentarji tagħna. Tista' wkoll tikkuntattja l-uffiċċju ta' informazzjoni tagħna f'pajjiżek, fejn kollox hu disponibbli fil-lingwa tiegħek.
 
 
 
Semma' leħnek
Għandek xi ħaġa li tixtieq tgħid? Għalhekk semma' l-opinjoni tiegħek. Ressaq petizzjoni quddiem il-Parlament jekk taħseb li fejn qiegħed inti hemm xi ksur tal-liġijiet tal-UE jew ikkuntattja lill-Ombudsman Ewropew jekk għandek bżonn medjatur. Tista' wkoll titlob direttament liġijiet ġodda billi, flimkien ma' persuni oħra, tniedi inizjattiva taċ-ċittadini.
 
 
 
Aħdem magħna
Interessat li tesperjenza l-Parlament mill-qrib, pereżempju billi taħdem hemm? Agħti ħarsa lejn il-possibilitajiet li noffru biex tkun tista' ssir kollega tagħna, tingħaqad magħna bħala apprendista, jew tieħu sehem fi żjara ta' studju.
 
 
 
It-trasparenza
Hekk kif il-Parlament Ewropew isir aktar importanti u influwenti, huwa aktar kruċjali minn qatt qabel li dan jirrappreżenta lill-Ewropej b'mod kompletament miftuħ u trasparenti. Sir af aktar dwar kif naħdmu.
 
 
 

Żur il-Parlament

Ejja u ara kif proposti jsiru liġi u fejn il-Membri tal-Parlament Ewropew tiegħek jiġu involuti fid-deċiżjonijiet dwar il-futur tal-Ewropa. Noffru għadd ta' attivitajiet fi Brussell u Strasburgu, sabiex jekk tiġi waħdek, mal-familja, jew fi grupp, ikun hemm xi ħaġa għalik.

 
 
 
Aċċess għad-dokumenti

Iċ-ċittadini kollha tal-UE għandhom dritt għal aċċess għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew jipprovdi aċċess dirett għall-maġġorparti tad-dokumenti tiegħu f'format elettroniku.

 
 
 
Kuntratti u għotjiet

B'konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew huwa obbligat joħroġ sejħiet pubbliċi għall-offerti għall-kuntratti għall-akkwist ta' beni u servizzi.

 
 
 
Il-Parlament fi 360°