Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Talbiet għal informazzjoni miċ-ċittadini (Ask EP)

 
 

Jekk tixtieq tkun taf aktar dwar l-attivitajiet, is-setgħat u l-organizzazzjoni tal-Parlament Ewropew, tista’ tikkuntattja l-Unità tat-Talbiet għal Informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP) billi tintuża l-formola ta’ hawn taħt.

 
 
 
Inti tistaqsi, aħna nwieġbu

Tista’ ssib għażla ta’ suġġetti reċenti ta’ tħassib partikolari għaċ-ċittadini li jiktbu lill-Parlament Ewropew u t-tweġibiet rispettivi tagħna.

 
 
 
X'qed tagħmel l-UE fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità?
Keyboard with cybercrime button   © ArtemSam / Fotolia

Iċ-ċittadini jiktbu lill-Parlament Ewropew biex isiru jafu x'qed tagħmel l-UE fil-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità. Biex tindirizza l-problema taċ-ċiberkriminalità l-UE implimentat leġiżlazzjoni u tappoġġa l-kooperazzjoni bħala parti mill-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà tal-UE 2013.

 
 
Fix-xitwa: għaliex naqilbu s-siegħa?
Clock going back to wintertime   © Jan Engel / Fotolia

Iċ-ċittadini jirrikorru spiss għand il-Parlament Ewropew biex jesprimu fehmiethom dwar il-qlib tas-siegħa. Uħud huma favur l-arranġamenti tal-ħin tas-sajf u tal-ħin tax-xitwa; oħrajn jappellaw lill-Parlament biex jeliminah. Nhar il-Ħadd, 29 ta' Ottubru 2017 immexxu l-arloġġ lura b'siegħa – imma għaliex?

 
 
X'qed tagħmel l-UE biex tnaqqas il-ħela tal-ikel?
Recyclable food waste in bin   © Gary Perkin / Fotolia

Fl-UE, il-ħela tal-ikel hija stmata li tilħaq madwar 88 miljun tunnellata fis-sena. Dan jammonta għal 173 kilogramma ta' ikel għal kull persuna. L-ammont totali ta' ikel prodott fl-UE fis-sena 2011 kien ta' madwar 865 kg/persuna. Dan ifisser li qed naħlu 20 % mill-ikel totali prodott. F'dan il-kuntest, iċ-ċittadini jħarsu lejn il-Parlament Ewropew biex jitolbu informazzjoni dwar x'qed tagħmel l-UE biex tnaqqas il-ħela tal-ikel, kif ukoll jitolbu għal leġiżlazzjoni Ewropea, inklużi bosta petizzjonijiet imressqa dwar din il-kwistjoni, biex tintemm il-ħela tal-ikel f'kull pajjiż Ewropew.

 
 
L-UE kif qed tirriforma d-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru?
Flight information screen   © European Parliament Audiovisual service

Iċ-ċittadini spiss jirrikorru għand il-Parlament Ewropew biex jitolbu informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom bħala passiġġieri. Riforma, li għaddejja bħalissa, tal-qafas leġiżlattiv għandha l-għan li tiċċara ċertu aspetti tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru biex tiġi żgurata applikazzjoni aħjar tar-regolament.

 
 
Erasmus+: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport
Sign with vocational education   © putilov_denis / fotolia

Iż-żgħażagħ iridu jkunu jafu iżjed dwar Erasmus+ u qed jitolbu għal aktar tagħrif dwar l-opportunitajiet ta' mobilità sabiex ikunu jistgħu jsaħħu l-ħiliet tagħhom u jtejbu l-prospetti ta' xogħol tagħhom. Ta' spiss iressqu mistoqsijiet lill-Parlament Ewropew biex isiru jafu x'appoġġ tipprovdi l-UE għat-taħriġ u l-edukazzjoni taż-żgħażagħ.

 
 
 
 
Tweġibiet tal-PE

Ara t-tweġibiet kollha tal-PE fuq il-blog tagħna.

 
 
 
Għal aktar informazzjoni

Is-Servizz tat-Talbiet għal informazzjoni miċ-Ċittadini (Ask EP) jagħmel parti mis-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) u tista’ żżomm kuntatt magħna fuq il-pjattaformi ta’ midja soċjali tagħna:

 
 
 

Servizzi oħra

Il-links ta’ hawn taħt ser imexxuk għal servizzi speċjalizzati oħra fejn tista’ ssib informazzjoni speċifika.
 
 
 
 
Sib Membru tal-Parlament Ewropew
 
 
Informazzjoni dwar id-dritt ta’ petizzjoni
 
 
Il-Parlament Ewropew f’pajjiżek
 
 
Iż-żjara fil-Parlament Ewropew
 
 
Apprendistati fil-Parlament Ewropew
 
 
Opportunitajiet ta’ xogħol mal-Parlament Ewropew
 
 
L-Ewropa Tiegħek
 
 
Aċċess għad-dokumenti
 
 
Konsultazzjoni tad-dokumenti arkivjali