Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

L-impjieg

 

B'kollox, il-Parlament Ewropew jimpjega madwar 8000 persuna bejn uffiċjali u aġenti oħra mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, li jaħdmu fit-tliet postijiet tax-xogħol (Il-Lussemburgu, Strasburgu u Brussell) u fl-Uffiċċji ta' Informazzjoni fl-Istati Membri

 
 
L-Uffiċjali

Is-servizz pubbliku tal-UE huwa magħmul minn uffiċjali li jappartjenu għal tliet gruppi ta' funzjonijiet: amministraturi (AD), assistenti (AST) u segretarji u skrivani tal-uffiċċji (AST/SC).

Id-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw is-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea huma ddefiniti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

Kif jista' wieħed isir uffiċjal?

L-uffiċjali huma magħżula permezz ta' kompetizzjonijiet ġenerali organizzati mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO). L-EPSO huwa inkarigat mis-selezzjoni tal-persunal għall-Parlament, iżda wkoll għall-istituzzjonijiet Ewropej l-oħrajn kollha. L-avviżi ta' kompetizzjoni ġenerali jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali kif ukoll fis-sit tal-internet tal-EPSO.

 
 
L-aġenti temporanji

Jistgħu jiġu impjegati aġenti temporanji biex iwettqu kompiti diversi li huma parti minn waħda mill-kategoriji msemmija hawn taħt:

  • biex jimlew pożizzjoni battala kklassifikata bħala temporanja mill-awtorità baġitarja
  • biex jimlew pożizzjoni battala permanenti (uffiċjal) b'mod temporanju
  • biex jassistu persuna li qed twettaq mandat kif previst mit-Trattat (Presidenti, Viċi Presidenti, Kwesturi) jew biex jassistu lill-gruppi politiċi tal-Parlament Eworpew.

Kif jista' wieħed isir aġent temporanju?

Għal uħud minn dawn il-kategoriji, jiġu ppubblikati proċeduri ta' selezzjoni fis-sit tal-internet tal-EPSO, fis-sit tal-internet tal-Parlament Ewropew u fis-siti tal-internet tal-gruppi politiċi.

 
 
L-Aġenti Kuntrattwali

L-aġenti kuntrattwali jiġu reklutati sabiex

  • iwettqu attivitajiet ta' appoġġ manwali jew amministrattivi sempliċi;
  • jissostitwixxu uffiċjali u aġenti temporanji li, momentanjament, ma jkunux jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom.

Dalwaqt se tkun irreklutat bħala aġent kuntrattwali

Servizz tal-Parlament Ewropew se jikkuntattjak u jinformak bil-ħsieb tiegħu li joffrilek impjieg bħala aġent kuntrattwali.

Ir-reklutaġġ tiegħek se jsir fi 3 fażijiet:

  • Se tirċievi ittra ta' turija ta' interess li biha tkun imfakkar fid-dettalji tas-selezzjoni tiegħek (CAST, COSCON jew selezzjoni minn grupp politiku) u tintalab tibagħtilna, fi żmien 10 ijiem ta' xogħol, diversi dokumenti (il-kondotta, diplomi, esperjenza professjonali, eċċ.).
    Malli nirċievu d-dokumenti tiegħek, nivverifikawhom. Id-diplomi u l-esperjenza professjonali tiegħek se jitqiesu ħalli tkun attribwit il-grad korrispondenti għall-grupp ta' funzjonijiet li jirriżulta mis-selezzjoni tiegħek. Dan il-grad se jiddetermina s-salarju tiegħek.
  • L-Unità tar-Reklutaġġ tal-Aġenti Kuntrattwali u l-Assistenti Parlamentari Akkreditati se tagħmillek għalhekk offerta li fiha tkun mgħarraf bid-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt, is-sede tax-xogħol tiegħek, il-grad tiegħek u b'konsegwenza l-ammont tas-salarju tiegħek.
    B'din l-ittra tintalab tagħmel kuntatt mas-servizz mediku (fi Brussell jew f'Lussemburgu) ħalli tagħmel il-viżta medika li tippermetti li tkun stabbilita l-idoneità fiżika tiegħek meħtieġa għal dan limpjieg.
  • Ladarba l-Unità tar-Reklutaġġ tal-Aġenti Kuntrattwali u l-Assistenti Parlamentari Akkreditati tkun irċeviet iċ-ċertifikat ta' idoneità fiżika tiegħek, se tipproċedi għall-isteżura tal-kuntratt tiegħek li se tiffirmah dakinhar li tidħol fis-servizz.

Niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li huwa indispensabbli li taqra bir-reqqa ż-żewġ ittri msemmijin hawn fuq (l-ittra ta' turija ta' interess u l-offerta) kif ukoll il-kuntratt tiegħek. Għal aktar informazzjoni dwar ir-reklutaġġ tiegħek, nagħtuk parir tikkonsulta l-Mistoqsijiet frekwenti previsti għal dan l-għan.

 
 
L-Assistenti parlamentari akkreditati

Il-Membri tal-Parlament Ewropew jagħżlu u jirreklutaw lill-assistenti parlamentari akkreditati tagħhom skont relazzjoni ta' fiduċja reċiproka, li tista' tinkludi b'mod partikolari l-affiljazzjonijiet politiċi.

Dalwaqt se tkun irreklutat bħala assistent parlamentari akkreditat (APA)

Ġejt informat mill-Membru futur tiegħek li biħsiebu joffrilek kuntratt ta' assistent parlamentari akkreditat.

Ir-reklutaġġ tiegħek se jsir f'5 fażijiet:

  • Il-Membru futur tiegħek jew ir-raggruppament ta' Membri se jippreżenta/ppreżenta talba għal reklutaġġ għand id-DĠ FINS li se jipproċedi għar-reġistrazzjoni tagħha.
  • Għall-ewwel, l-Unità tar-Reklutaġġ tal-Aġenti Kuntrattwali u l-Assistenti Parlamentari Akkreditati se tibgħatlek link għall-applikazzjoni PEOPLE fejn se ssib offerta ta' impjieg li tista' taċċetta jew ma taċċettax. Niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li huwa importanti li taqra birreqqa din l-offerta li tinkludi kwantità kbira ta' informazzjoni utli. Din l-offerta se tindikalek b'mod partikolari l-grupp ta' funzjoni u l-grad li fih jixtieq jirreklutak il-Membru tiegħek, kif ukoll is-salarju bażiku relatat, id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-kuntratt tiegħek, kif ukoll is-sede tax-xogħol tiegħek.
  • Sussegwentement, se tkun mistieden twieġeb kwestjonarju qasir fl-applikazzjoni PEOPLE.
  • Fl-aħħar, se tkun tista' ttella', permezz tal-applikazzjoni PEOPLE, id-diversi dokumenti mitluba fl-offerta. Malli ttella' d-dokumenti tiegħek u tibgħat, billi tikkonvalidah, il-fajl tiegħek fl-applikazzjoni PEOPLE, l-Unità tar-Reklutaġġ tal-Aġenti Kuntrattwali u l-Assistenti Parlamentari Akkreditati se tivverifikahom.
  • Jekk il-fajl tiegħek ikun komplut, se tintalab, permezz tal-posta elettronika, tidħol flapplikazzjoni PEOPLE u tiffissa appuntament mas-servizzi tagħna ħalli tiffirma l-kuntratt tiegħek. Jekk il-fajl tiegħek ma jkunx komplut, se tintalab, permezz tal-posta elettronika, ittella' flapplikazzjoni PEOPLE informazzjoni u dokumenti komplementari. Malli jirċevuhom, u wara lverifika tagħhom, se tintbagħatlek notifika rigward l-iffissar ta' appuntament ħalli tiffirma lkuntratt tiegħek, dment li d-dokumenti jitqiesu suffiċjenti. It-totalità tal-proċedura ta' reklutaġġ hekk kif deskritta hawn fuq tista' tieħu daqs għaxart ijiem ta' xogħol jew inqas.

Għal aktar informazzjoni dwar ir-reklutaġġ tiegħek, nagħtuk parir tikkonsulta l-Mistoqsijiet frekwenti previsti għal dan l-għan.

Further information:
 
 
L-Esperti Nazzjonali Sekondati

L-Esperti nazzjonali jiġu sekondati lill-Parlament Ewropew minn amministrazzjoni pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew minn entità assimilata ma' dawn, li taqa' taħt l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-pajjiżi membri tal-EFTA li jagħmlu parti miż-Żona Ekonomika Ewropea, mill-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-Unjoni Ewropea jew minn pajjiżi terzi.

Matul il-perjodu li fih jiġu sekondati, dawn l-esperti jibqgħu fis-servizz ta' min iħaddimhom, u jibqgħu jitħallsu minnu. Madankollu, hija prevista gratifika per diem.

Għandha tintbagħat ittra ta' motivazzjoni lir-Rappreżentazzjoni permanenti tal-Istat Membru fl-Unjoni Ewropea, flimkien ma' CV.

 
 
Il-Ħaddiema temporanji

Jistgħu jiġu impjegati ħaddiema temporanji biex jissodisfaw bżonn temporanju ta' tisħiħ fi Brussell jew fil-Lussemburgu. Dawn il-ħaddiema temporanji jiġu reklutati minn kumpaniji li jħaddmu ħaddiema temporanji, permezz ta' kuntratti qafas interistituzzjonali.

 
 
Contacts
 
Fil-Belġju
 
 
 
 
Fil-Lussemburgu
 
 
 
 
Protezzjoni tad-'data' personali

L-ipproċessar tad-data personali tiegħek isir kif deskritt fid-dokumenti ta' informazzjoni ta' hawn taħt.