Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")

Żjarat ta’ studju - riċerki speċifiċi

 
 

L-għan tagħhom huwa li jippermettu lil ċittadini li jkollhom mill-inqas 18-il sena jkomplu jistudjaw dwar suġġetti speċifiċi relatati mal-integrazzjoni Ewropea. Iċ-ċittadini jistgħu wkoll iwettqu riċerka fil-Librerija jew fl-Arkivji Storiċi tal-Parlament Ewropew (f’dawn iż-żewġ każijiet fil-Lussemburgu biss).

It-tul massimu ta’ dawn iż-żjarat ta’ studju huwa ta’ xahar. Il-persuni li jkunu diġà bbenefikaw minn apprendistat fil-Parlament Ewropew iridu jistennew sitt xhur qabel japplikaw għal żjara ta' studju.

Il-proċedura tinvolvi tliet għażliet:

Is-servizz kompetenti jivverifika l-kapaċità tad-dipartimenti jew tal-korpi tal-Parlament Ewropew ikkonċernati u jinforma lill-applikanti bir-riżultat tat-talba tagħhom.

Skont ir-regoli fis-seħħ, il-Parlament Ewropew ma jagħmel tajjeb għall-ebda spejjeż eventwali, ta’ kwalunkwe natura, tal-viżitaturi.

 
 
 
Contact
 
Għal aktar informazzjoni jew biex wieħed jirreġistra għal żjara ta' studju wieħed jista' jikkuntatja l-uffiċċju li jidher hawn taħt:
 
  • Parlament Ewropew- Żjarat ta' studju