Aċċess dirett għan-navigazzjoni prinċipali (agħfas "Enter")
Aċċess għall-kontenut tal-paġna (ikklikkja fuq Enter)
Aċċess dirett għal-lista tas-siti l-oħra (agħfas "Enter")
 
Parlemeter 2014
 
 

2014 Parlemeter

 

Il-Parlometru tal-Parlament Ewropew (EB/PE 82.4) twettaq wiċċ imb wiċċ minn TNS Opinion fit-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea ma' 27 801 ċittadin. Il-ġbir ta' tagħrif għal dan l-istħarriġ sar bejn id-29 ta' Novembru u d-9 ta' Diċembru 2014.

Tagħlimiet ewlenin

  • Kif kien il-każ wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2009, wieħed josserva lejn l-aħħar tal-2014 "effett tal-elezzjonijiet Ewropej" sinifikanti fil-memorja tal-midja tal-Parlament, li huwa preżenti fl-imħuħ ta' kważi sitta minn kull għaxar persuni Ewropej (58%).
  • Madankollu, dan l-istħarriġ juri li l-fatt li wieħed ikun sema' dwar il-Parlament Ewropew ma jfissirx li jħossu infurmat tajjeb dwaru. Fil-fatt, il-maġġoranza l-kbira tal-Ewropej (67%) ma jqisuhomx infurmati tajjeb dwar l-attivitajiet tiegħu.
  • L-immaġni li għandhom l-Ewropej tal-Parlament Ewropew tibqa' prinċipalment newtrali (43%). Dan huwa l-każ f'21 Stat Membru.
  • L-għarfien li għandhom l-Ewropej tal-istruttura u tal-funzjonament tiegħu ilu jikber sa minn Ġunju 2013.
  • Mistoqsijin dwar l-elementi tal-identità Ewropea, l-Ewropej iqiegħdu fuq quddiem nett il-valuri tad-demokrazija u tal-libertà (47%), li marru 'l quddiem fi 22 Stat Membru. Il-munita unika (40%), li kienet tokkupa dan l-ewwel post sena ilu, issa tinsab fit-tieni post, iżda tibqa' bażi qawwija tal-identità għall-pajjiżi kollha fiż-żona tal-euro.
  • Mistoqsija storika tal-Ewrobarometru, is-sħubija mal-Unjoni Ewropea hija meqjusa bħala ħaġa tajba minn maġġoranza assoluta tal-Ewropej (54%), inkluż fost dawk li mhumiex parti miż-żona tal-euro.
  • Rigward ir-ritmu tal-integrazzjoni tal-UE, dejjem aktar Ewropej (49%) jikkunsidraw li jippreferu jistennew li l-Istati Membri kollha jkunu lesti qabel jintensifikaw l-iżvilupp tal-politiki komuni l-ġodda. Huma l-aktar numerużi fil-pajjiżi li l-aktar ġew milqutin mill-kriżi.
  • Mistoqsijin, bħal fl-2013, jekk jaħsbux li l-vuċi tagħhom tgħodd, 58% jemmnu li l-vuċi tagħhom tgħodd f'pajjiżhom filwaqt li 41% jaħsbu li l-vuċi tagħhom tgħodd fl-UE.
  • Maġġoranza ċara tat-tweġibiet (63%) fl-Istati Membri kollha jikkunsidraw li l-elezzjoni tal-President u tal-Kummissjoni kollha kemm hi abbażi tar-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tirrappreżenta pass 'il quddiem għad-demokrazija Ewropea.
  • Il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (54%), li dejjem qed tmur 'il quddiem, tibqa' f'25 Stat Membru l-ewwel prijorità politika li għandu jwettaq il-Parlament Ewropew. Il-kwistjonijiet tal-immigrazzjoni (25%, +6) u l-ġlieda kontra t-terroriżmu (29%, +4) jesperjenzaw l-ogħla tkabbir u juru diviżjonijiet ġodda bejn l-Istati Membri. Dan huwa l-każ ukoll f'dak li jikkonċerna l-politika ta' sigurtà u difiża (27%).
  • Għall-Ewropej, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem (60%) hija, bil-bosta, l-ewwel fost il-valuri li għandu jiddefendi l-Parlament Ewropew. Imbagħad jiġu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa (36%) u l-libertà tal-espressjoni (34%), li marru 'l quddiem ukoll. Ta' min jinnota li valur wieħed biss mar lura fil-livell Ewropew, is-solidarjetà bejn l-Istati Membri tal-UE (30%).
  • Fl-aħħar nett, mistoqsijin dwar is-sitwazzjoni ta' pajjiżhom li kieku kien barra mill-Unjoni Ewropea, maġġoranza jgħidu li pajjiżhom kien ikun "agħar" mingħajr l-UE fi 11 mill-15-il qasam ittestjat. F'4 oqsma oħra, maġġoranza jemmnu li pajjiżhom ma kien ikun "la aħjar u lanqas agħar" li kieku kien barra mill-UE. Iżda t-tweġibiet tal-parteċipanti kienu maqsumin ħafna bejn "aħjar" u "agħar" fit-3 oqsma li ġejjin: l-inflazzjoni u l-għoli tal-ħajja, l-immigrazzjoni u l-agrikoltura.
Għal iktar informazzjoni ara :
 
 
 
Stħarriġ ta' opinjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew regolarment jikkummissjona studji dwar l-istat tal-opinjoni pubblika fl-Istati Membri.

Permezz t'hekk, il-Parlament Ewropew jisforza ruħu biex jifhem aħjar il-perċezzjonijiet u t-tamiet li għandhom iċ-ċittadini dwar l-attivitajiet tiegħu u dwar dawk tal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali. Dan ikun ta' għajnuna prezzjuża għat-tħejjija, għad-deċiżjoni u għall-evalwazzjoni tal-ħidma tiegħu.

Il-qarrej jista’ jsib mhux biss informazzjoni dwar l-attitudnijiet tal-Ewropej f’dak li jirrigwarda l-bidla fil-klima jew is-sitwazzjoni ekonomika bħalissa, imma wkoll dwar dak li ċ-ċittadini jipperċepixxu u jistennew mill-elezzjonijiet Ewropej, mill-Parlament Ewropew u mill-integrazzjoni Ewropea b’mod ġenerali.