skip to content
 
 
 

MISTOQSIJIET FREKWENTI APPLIKAZZJONIJIET ELETTRONIĊI

IMPORTANTI: Jekk jogħġbok uża wieħed minn dawn il-browsers biex tissottometti l-proġett tiegħek: Internet Explorer, Firefox, Google Chrome jew Safari. Jekk jogħġbok iċċekkja hawn taħt għal informazzjoni aktar dettaljata dwar kif tnaddaf il-cache u l-cookies tal-browser tiegħek.

Ressaq l-applikazzjoni tiegħek f'daqqa: ma tistax tissejvja l-applikazzjoni u terġa' lura għaliha aktar tard.

X'inhi l-iskadenza biex nissottometti l-proġetti?

Id-Data ta' l-Iskadenza għas-sottomissjonijiet ġiet estiża sal-18 ta' Frar 2019!

Għalfejn il-kliem mhux qed jidher kollu fil-kaxxa fejn hemm mitlub id-deskrizzjoni tal-proġett?

It-tul tad-deskrizzjoni tal-proġett irid ikun bejn 500- 1500 karattru, mhux kelma. Id-deskrizzjoni sħiħa tal-proġett (massimu ta’ sitt paġni) tista’ titqiegħed f’ format sempliċi ta’ Word, mingħajr stampi.

F'liema pajjiż għandi nissottometti l-proġett tiegħi?

Fil-każ ta' proġetti fi gruppi jew proġetti multinazzjonali, il-proġett jista' jiġi ppreżentat f'pajjiż wieħed biss li huwa marbut mill-qrib mal-proġett.

B'liema lingwa għandi nissottometti l-proġett tiegħi?

Huma eliġibbli applikazzjonijiet bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, imma jekk jogħġbok issottometti l-proġett tiegħek b'lingwa waħda biss.

Meta jrid ikun seħħ il-proġett?

Huma eliġibbli biss il-proġetti mitmuma bejn l-1 ta' Jannar 2018 u t-30 ta' Jannar 2019, jew proġetti li għadhom għaddejjin.  Proġetti li għadhom fl-istadju tal-ippjanar jew li għadhom ma bdewx mhumiex eliġibbli.

Diġà ssottomettejt proġett is-sena l-oħra, imma ma rbaħtx. Nista' nerġa' napplika?

Il-proġetti li ma kinux fost it-tliet rebbieħa finali tal-edizzjonijiet preċedenti tal-Kompetizzjoni għall-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej jistgħu jerġgħu jiġu ppreżentati.

M'iniex ċert jekk it-tip ta' proġett tiegħi ikunx eliġibbli. Kif nista' niċċekkja?

Agħti daqqa t'għajn lejn it-taqsima "Rebbieħa preċedenti" biex tieħu idea ta' x'tip ta' proġetti rebħu l-Premju fl-imgħoddi.

Kif nista' noħloq u ntella' attachments?

Biex toħloq u tehmeż il-fajls tiegħek, klikkja "Browse", agħżel il-fajl li tixtieq tehmeż, daħħal titolu fl-ispazju "Describe file" u mbagħad klikkja "Attach". Tista' tehmeż fajls f'dawn il-formati: PDF, JPG jew GIF.

Meta nipprova nissottometti l-applikazzjoni tiegħi, qed jitlagħli messaġġ "Server Error". X'għandi nagħmel?

  1. Ara li d-daqs totali tal-attachments kollha ma jaqbiżx il-15 MB. Tista' tuża l-funzjonijiet "Compress Pictures", "Crop" u oħrajn biex tnaqqas id-daqs tal-fajls ta' stampi f'dokumenti Office (klikkja hawn għal aktar informazzjoni).
  2. Iċċekkja kif semmejt il-fajls tiegħek: m'għandu jkun hemm l-ebda spazju bejn l-elementi f'isem il-fajl, l-ebda ittra kapitali u l-ebda sinjal speċjali. Tista' tuża underscores jew hyphens b'mod li ma jkollokx, pereżempju: "Applikazzjoni Proġett Tiegħi" iżda "applikazzjoni_proġett_tiegħi".
  3. Għandek bżonn tnaddaf il-cache u l-cookies tal-browser tiegħek (ctrl+F5). Jekk qed tuża Internet Explorer jew Firefox, segwi dawn il-proċeduri speċifiċi għall-browser tiegħek biex tnaddaf il-cache u l-cookies, agħlaq il-browser kompletament u erġa' iftħu, mur lura fil-paġna tal-applikazzjonijiet u erġa' pprova tella' d-dokumenti tiegħek.

Firefox: Agħżel "History" mill-menu u mbagħad "Clear Recent History". Ara li kemm il-kaxxa "Cache" u kemm il-kaxxa "Cookies" ikunu ttikkjati u agħżel il-perjodu ta' żmien li trid tnaddaf (ir-rakkomandazzjoni tagħna hi li tagħżel "Everything"). Imbagħad klikkja "Clear Now". Jekk tkun għadek qatt ma naddaft il-cache u l-cookies, il-proċess jista' jieħu ftit minuti.

Internet Explorer 8 jew 9: Mur fil-menu "Tools", agħżel "Internet Options" u mbagħad klikkja fuq it-tab "General" (jekk ma tkunx ġa magħżula). Fit-taqsima "Browsing History", klikkja "Delete". Ara li l-kaxxi "Temporary Internet Files" u "Cookies" ikunu ittikkjati u mbagħad klikkja "Delete" fil-qiegħ. Jekk tkun għadek qatt ma naddaft il-cache u l-cookies, il-proċess jista' jieħu ftit minuti.

Safari 5: Klikkja l-kelma "Safari" fil-kantuniera tan-naħa tax-xellug ta' fuq, agħżel "Empty Cache" u mbagħad "Empty". Erġa' klikkja "Safari" u agħżel "Preferences". Imbagħad, fil-kaxxa "Security”, klikkja "Privacy", imbagħad "Details", skrollja 'l isfel u agħżel www.charlemagneyouthprize.eu. Klikkja "Remove", imbagħad "Done" u agħlaq l-"Options". Erġa klikkja "Safari" u mbagħad "Quit Safari". Erġa' iftaħ il-browser u agħmel login fl-account tiegħek biex tkompli.

Safari 6: Klikkja l-kelma "Safari" fil-kantuniera tan-naħa tax-xellug ta' fuq, agħżel "Preferences" u mbagħad, fit-tab "Security", klikkja "Privacy". Klikkja "Details", skrollja 'l isfel u agħżel www.charlemagneyouthprize.eu. Klikkja "Remove", imbagħad "Done" u agħlaq l-"Options". Erġa klikkja "Safari" u mbagħad "Quit Safari". Erġa' iftaħ il-browser u agħmel login fl-account tiegħek biex tkompli.

Google Chrome: Klikkja fil-kantuniera fuq in-naħa tal-lemin ta' fuq biex tara l-menu. Klikkja l-kelma "History". Imbagħad klikkja "Delete Browsing History".

Kif inkun naf li l-proġett tiegħi ntbagħat?

Tirċievi konferma b'email li l-fajl tiegħek intbagħat.

Minn kemm qabel irrid nibgħat l-applikazzjonijiet tiegħi?

Huwa rrakkomandat ħafna li l-applikazzjonijiet ma jintbagħtux fl-aħħar ġurnata jew l-aħħar minuta. Jista' jagħti l-każ li l-konnessjoni tal-internet tkun batuta, ikun hemm problemi fis-servers jew fatturi oħra li l-organizzaturi ma jkollhomx kontroll fuqhom, u li minħabba fihom il-proġett ma jkunx jista' jintbagħat qabel l-iskadenza.

Ma sibtx it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek? Ikkuntattjana fuq ecyp2019@ep.europa.eu bl-Ingliż, bil-Ġermaniż jew bil-Franċiż.