skip to content
 
 
 

APPLIKA ISSA!

Id-Data ta' l-Iskadenza għas-sottomissjonijiet ġiet estiża sal-23 ta' Frar 2015!

Dwar il-Premju

"Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej" għandu l-għan li jħeġġeġ l-iżvilupp ta' koxjenza Ewropea fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti ta' integrazzjoni Ewropea.
Il-Premju jingħata għal proġetti mwettqa minn żgħażagħ li jkattru l-fehim, jippromwovu l-iżvilupp ta' sens kondiviż ta' identità Ewropea, u joffru eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.
"Il-Premju Charlemagne għaż-Żgħażagħ Ewropej" jingħata b'mod konġunt u annwali mill-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni għall-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.

Il-premju għall-aħjar proġett huwa ta' €5 000, it-tieni, €3 000 u t-tielet, €2 000. Bħala parti mill-premju, it-tliet rebbieħa finali jiġu mistiedna jżuru l-Parlament Ewropew (fi Brussell jew fi Strasburgu). Barra minn hekk, ir-rappreżentanti tas-28 proġett nazzjonali magħżula jiġu mistiedna għal mawra ta' erbat ijiem f'Aachen, il-Ġermanja.
Il-premijiet għall-aħjar tliet proġetti jiġu ppreżentati mill-President tal-Parlament Ewropew u minn rappreżentant tal-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Charlemagne ta' Aachen.

 

Linji gwida dwar kif trid timtela l-formola tal-applikazzjoni

  1. Importanti! Kull grupp jew individwu għandu jimla l-formola tiegħu stess. Il-formoli mimlija minn persuni oħrajn (eż. għalliema, persuna li għandhom iktar minn 30 sena, eċċ.) ma jiġux aċċettati.
  2. Niżżel il-Formola "Dikjarazzjoni mill-Applikant" (Dikjarazzjoni dwar l-Iffinanzjar mill-UE), imliha, iffirmaha, u tellagħha bħala dokument mehmuż (attachment).
  3. Għad-dettalji tal-proġett, mitlub ittella' d-deskrizzjoni sħiħa tiegħek bħala dokument mehmuż. Importanti! Jekk tehmeż id-dokument tiegħek bħala pdf, int mitlub tinkludi wkoll l-istess dokument bħala fajl tal-Word. Jekk hemm bżonn, ehmeż iżjed minn fajl wieħed. Il-formats aċċettati huma: doc(x), pdf, xls(x), ppt, odt, txt, jpg, gif.
  4. Jekk ikun possibbli, mitlub tippreżenta l-proġett tiegħek f'lingwa waħda biss.
  5. Jekk jogħġbok tinsiex tippreżenta sommarju tal-proġett tiegħek bl-Ingliż (EN), bil-Franċiż (FR) jew bil-Ġermaniż (DE).Importanti! Is-sommarju għandu jkun qasir iżda eżawrjenti, u jkopri l-aspetti ewlenin tal-proġett tiegħek. Ta' sikwit, is-sommarju jkun l-ewwel element li tosserva l-ġurija fil-valutazzjoni tal-proġett.
  6. Jekk jogħġbok innota li fil-każ ta' grupp jew proġetti multinazzjonali, il-proġett jista' jiġi ppreżentat f'pajjiż wieħed biss.
  7. Wara li tkun imlejt l-informazzjoni kollha meħtieġa, ikklikkja fuq SUBMIT u stenna l-messaġġ ta' konferma. Wara tista' tipprintja kopja tal-applikazzjoni għar-rekords tiegħek.
  8. Jekk jogħġbok, kun ċert li tħassar it-tfittxijiet tiegħek fil-browser qabel ma tibgħat l-applikazzjoni. F'każ ta' diffikulta', jekk jogħġbok ibgħatilna stampa tal-iskrin f'dan l-indirizz: ecyp2015@ep.europa.eu

Project registration

*


Anness:

*