skip to content

Cookies on the EU website

We use cookies to give the best experience on our site. Continue without changing your settings, and you'll receive cookies, or change your cookie settings at any time.

Continue
 
 
 

Tibda l-kompetizzjoni tal-2019: ikseb finanzjament għall-proġett tiegħek!

Għandek bejn 16 u 30 sena u għandek proġett b'dimensjoni Ewropea? Applika għall-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ u irbaħ vjaġġ għal Aachen u aktar.

Il-premju

Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ huwa organizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta' Aachen u jingħata kull sena għal proġetti Ewropej immexxija minn żgħażagħ ta' bejn 16 u 30 sena. Il-proġetti rebbieħa jipprovdu mudelli għaż-żgħażagħ li jgħixu fl-Ewropa u joffru eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda. Proġetti mir-Renju Unit se jibqgħu jkunu eliġibbli.

It-tliet rebbieħa se jintgħażlu minn fost il-proġetti nnominati minn ġuriji nazzjonali u rappreżentanti mill-pajjiżi kollha se jiġu mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen f'Mejju 2019.

Tista' ssib id-dettalji dwar ir-regoli u tiskopri kif tista' tapplika fuq is-sit web tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ.

Ingħaqad mad-diskussjoni fuq il-midja soċjali billi tuża l-hashtag #ECYP2019 u segwina fuq Twitter @euyouthprize.

Tista' tressaq il-mistoqsijiet tiegħek lil ECYP2019@ep.europa.eu.

 

Skeda ta' żmien

Il-11 ta' Ottubru 2018: il-varar tal-kompetizzjoni

It-28 ta' Jannar 2019: l-iskadenza għat-tressiq tal-proġetti

Il-15 ta' Marzu 2019: it-tħabbira tar-rebbieħa nazzjonali

It-28 ta' Mejju 2019: iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen