skip to content

Cookies on the EU website

We use cookies to give the best experience on our site. Continue without changing your settings, and you'll receive cookies, or change your cookie settings at any time.

Continue
 
 
 

Rebbieħa 2017

Ir-rebbieħa tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2017
Ir-rebbieħa tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2017
 .

Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ ta' din is-sena ngħata lill-programm tar-radju "Erasmus Evening" mill-Polonja. Iċ-ċerimonja saret f'Aachen, il-Ġermanja, fit-23 ta' Mejju.

Dwar il-premju

Il-premju jingħata kull sena mill-Parlament Ewropew u mill-Fondazzjoni Internazzjonali tal-Premju Karlu Manju lil żgħażagħ ta' bejn 16 u 30 sena li jkunu ħadu sehem fi proġetti li jgħinu biex titrawwem il-komprensjoni bejn persuni minn pajjiżi differenti tal-Ewropa.

Ir-rappreżentanti tat-28 proġett rebbieħ fil-livell nazzjonali ġew mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni fit-23 ta' Mejju f'Aachen u matulha ngħataw diploma u midalja. Il-proġetti li ġew l-ewwel, it-tieni u t-tielet rebħu €7,500, €5,000 u €2,500 rispettivament.

Ir-rebbieħa tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ 2017

  1. Erasmus Evening (il-Polonja) "Erasmus Evening" huwa programm tar-radju għall-istudenti li qed jikkunsidraw jistudjaw għal xi żmien barra minn pajjiżhom bħala parti mill-programm Erasmus. Il-programm ixxandar fuq l-istazzjon tar-radju studentesk Radio Meteor UAM tal-Università Adam Mickiewicz f'Poznań. Il-mistednin kienu studenti Pollakki li qed jistudjaw barra u studenti barranin li qed jistudjaw il-Polonja. L-intervisti kienu jittrattaw diversi kwistjonijiet bħal kif tippreżenta d-dokumenti, kif tagħżel is-suġġetti, kif issib appartament f'pajjiż ieħor, id-differenzi bejn l-universitajiet u l-opportunitajiet li joħolqu, is-sistema edukattiva u l-ħajja ta' kuljum tal-istudenti.
  2. Re-discover Europe (id-Danimarka) "Re-discover Europe" kien avveniment li sar f'Aalborg, fit-Tramuntana tad-Danimarka, u matulu ġew organizzati parata bil-bnadar tal-UE, taħditiet dwar il-futur tal-Ewropa, villaġġ multikulturali dwar id-diversità rikka tal-belt u street party.
  3. Are We Europe (in-Netherlands) "Are We Europe" hija pjattaforma multimedjali online fejn iż-żgħażagħ jistgħu jikkontribwixxu stejjer dwar xi tfisser li tkun Ewropew. Il-kreaturi tal-pjattaforma jemmnu li llum l-Ewropa tant hi mqiegħda f'dawl ikrah li hu importanti li ż-żgħażagħ jingħataw mod ġdid ta' kif iħarsu lejha.

Segwi l-Premju u l-avveniment fuq Twitter permezz tal-hashtags @EUYouthPrize u #ECYP2017.